National Teams
Malta Public Transport Tħabbar Servizzi Addizzjonali għall-Partita Malta vs Lussemburgu
Published: 19-03-2026 10:24
Malta Public Transport se tkun qed topera serje ta’ vjaġġi addizzjonali u diretti b’tal-linja lejn u minn Ta’ Qali nhar il-Ħamis 26 ta’ Marzu 2026 għall-partita tant mistennija tan-Nations League, il-play-off bejn it-tim nazzjonali Malti u l-Lussemburgu fl-Istadium Nazzjonali.
B’appoġġ għat-tim Malti u biex il-partitarji jkunu jistgħu jivvjaġġaw b’mod aktar konvenjenti, tliet rotot diretti se joperaw mill-Belt Valletta, miż-Żurrieq u minn Raħal Ġdid lejn Ta’ Qali. Aktar minn hekk se jkun hemm vjaġġi addizzjonali fuq rotot eżistenti ewlenin, dawk mill-Belt Valletta, minn Buġibba, minn Tas-Sliema u mill-Università.
Dawn is-servizzi addizzjonali se joperaw dakinhar:
- Rotta 403 addizzjonali mill-Università fl-16:25 u fil-16:55.
- Rotta 56 addizzjonali mill-Belt Valletta fl-16:00 u fil-16:40.
- Rotta 186 addizzjonali minn Buġibba fl-15:50, fl-16:20 u fil-16:50.
- Rotta 202 addizzjonali minn Tas-Sliema fit-15:15, fl-15:45 u fl-16:15.
Se jkun hemm servizzi diretti lejn Ta’ Qali kif ġej:
- Mill-Belt Valletta sa Ta’ Qali fl-16:10, fl-16:30 u fil-16:50.
- Miż-Żurrieq sa Ta’ Qali fl-15:50, fl-16:10, fl-16:30 u fil-16:50.
- Minn Raħal Ġdid sa Ta’ Qali fl-15:55, fl-16:10, fl-16:25, fil-16:40 u fil-16:55.
Il-vjaġġi fuq dawn is-servizzi addizzjonali se jkunu b’xejn għal kull min għandu Tal-Linja Card. Il-passiġġieri mingħajr Tallinja Card jistgħu jixtru biljett fuq tal-linja stess għal prezz ta’ €2.
Wara t-tmiem tal-partita, se jkun hemm il-karozzi tal-linja ħdejn l-Istadium, u dawn se jmorru lura lejn il-Belt Valletta, Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, iż-Żurrieq u Raħal Ġdid skont id-domanda. Spetturi tal-Malta Public Transport se jkunu preżenti biex jiggwidaw lill-passiġġieri lejn is-servizz li jgħodd għalihom biex ikun assigurat proċess organizzat.
Malta Public Transport tħeġġeġ lid-dilettanti tal-futbol biex jagħmlu użu minn dawn is-servizzi biex l-esperjenza tal-partita tkun waħda tajba għal kulħadd.