National Teams

Imħabbra l-iskwadra proviżorja Maltija għall-ewwel partiti tal-UEFA Nations League tan-Nisa

Published: 14-02-2025 14:55
DSCF5466.jpg
This article is also available in English.

Il-coach tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa Manuela Tesse sejħet skwadra proviżorja ta’ 27 player għall-ewwel partiti minn Grupp C2 tal-UEFA Nations League tan-Nisa.

L-iskwadra tinkludi taħlita ta’ players ta’ esperjenza u dawk żgħażagħ hekk kif il-Maltin iħejju għal żewġ impenji important – fil-21 ta’ Frar, kontra Ċipru, fl-AEK Arena, fis-6.00 pm. ... u fil-25 ta’ Frar, kontra Andorra, fis-Centenary Stadium, fis-7.30 pm. Iż-żewġ logħbiet se jintwerew b’mod dirett fuq TVM Sport+.

Wara li kisbu promozzjoni storika għal League B fl-edizzjoni inawgurali ta’ din il-kompetizzjoni, it-tfajliet Maltin issa huma  ħerqana li jkomplu jibnu fuq dan is-suċċess.

L-iskwadra tikkonsisti minn għadd ta’ players li jilagħbu barra minn xtutna li l-progress tagħhom ġie mmonitorjat mill-qrib, inklużi dawk ġodda Jana Barbara (FC Schalke 04) li dehret għal Malta fil-livell taż-żgħażagħ, Fiona Buttigieg li tilgħab ma’ Luton Town, u Oceane Grange tal-club Franċiż RC Roubaix Wervicq Feminin, b’dawn l-aħħar tnejn issa huma eliġibbli li jilagħbu għal Malta fix-xena internazzjonali.   

Fl-iskwadra hemm ukoll ir-ritorn tal-goalkeeper, Janice Xuereb, li rkuprat għal kollox mill-injury fit-tul u Amber Grech, li reġgħet ingħadet mat-team wara perjodu barra.

Madankollu, fit-tħabbira tal-iskwadra hemm esklużi bosta players ewlenin fosthom id-difensur ta’ Birkirkara Stephania Farrugia, u l-midfielders ta’ Mgarr United Brenda Borg u Veronique Mifsud.

Madankollu, b’taħlita ta’ esperjenza u talent ġdid, l-għażla ta’ Tesse tirrifletti l-ambizzjoni ta’ Malta li tħalli impatt fuq livell ogħla hekk kif se tibda l-avventura għall-isfida internazzjonali tagħha.

Il-biljetti għall-partita f’darna kontra Andorra, jistgħu jinxtraw minn tickets.mfa.com.mt.

Ixtri l-biljetti

L-iskwadra provviżorja hija:

Goalkeepers - Patricia Ebejer (Mġarr United FC), Janice Xuereb (Birkirkara FC), Maya Cachia (Birkirkara FC)

Difensuri - Rebecca Bajada (Mġarr United FC), Fiona Buttigieg (Luton Town Ladies FC, Ingilterra), Jessica Dimech (Hibernians FC), Tammy Falzon (Swieqi United FC), Oceane Grange (RC Roubaix Wervicq Feminin, Franza), Emma Lipman (Genoa FC, Italja), Maya Lucia (AP Orlens Gdansk, Polonja), Valentina Rapa (Birkirkara FC), Emma Xuereb (Swieqi United FC), Charlene Zammit (Birkirkara FC)

Midfielders - Jana Barbara (FC Schalke 04, Ġermanja), Yulya Carella (Mgarr United FC), Rachel Cuschieri (Genoa FC, Italja), Alexandra Gatt (Durham Cestria, Ingilterra), Nicole Sciberras (Hibernians FC), Gabriella Zahra (Birkirkara FC), Shona Zammit (Swieqi United FC)

Attakkanti - Haley Bugeja (Inter, Italja), Alishia Cassar (Birkirkara FC), Lexine Farrugia (AS Roma Women, Italja), Maria Farrugia (Sheffield United FC, Ingilterra), Jade Flask (Swieqi United FC), Amber Grech (Mgarr United FC), Kailey Willis (Venezia FC Femminile, Italja)