National Teams

Malta produces impressive performance to beat Gibraltar in UEFA Development Tournament

Published: 26-02-2025 12:16
Malta U16 vs Gibraltar U16 - 26.02.25 (6).jpeg
Malta U16 vs Gibraltar U16 - 26.02.25 (1).jpeg
Malta U16 vs Gibraltar U16 - 26.02.25 (4).jpeg
Malta U16 vs Gibraltar U16 - 26.02.25 (9).jpeg
Malta U16 vs Gibraltar U16 - 26.02.25 (10).jpeg
Malta U16 vs Gibraltar U16 - 26.02.25 (12).jpeg
This article is also available in English.

Ritratti ta' Joe Borg

UEFA BOYS U16 DEVELOPMENT TOURNAMENT
Centenary Stadium, 26.02.2025

MALTA...3
ĠIBILTÀ...0
(HT 2-0)

Malta rebħet it-tieni logħba tal-UEFA Boys U16 Development Tournament wara li pproduċiet wirja eċċellenti biex għelbet lil Ġibiltà bl-iskor ta’ 3-0.

Il-partita bdiet fuq nota għolja biż-żewġ timijiet ifittxu li jagħmlu l-marka tagħhom. 

Wara biss sitt minuti wasal l-ewwel attakk Malti, meta Jamie Nwoko evita lid-difensur dirett tiegħu iżda x-xutt tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper  Julian Guillem.

Fl-10 minuta, il-Maltin fetħu l-iskor meta minn clearance qasira, il-ballun wasal għand Nathan Clinton li mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka. 

It-team ospitu kompla jippressa u fid-19-il minuta rdoppja meta mill-cross perfett ta’ Lydon Calleja Attard, Caden Tanti kkonkluda b’xutt mill-isbaħ.

Il-Maltin baqgħu l-aħjar team fejn gawdew l-aktar mill-pussess tal-ballun u ftit li xejn taw spazju lill-Ġibiltá jimmanuvraw. 

Fit-36 minuta, il-Maltin fallew opportunitá li jiskorjaw it-tielet goal meta Jamie Nwoko kkonnettja mal-ballun iżda t-tentattiv tiegħu ġie mblukkat fil-ħin mid-difiża ta’ Ġibiltá. 

L-ewwel xutt min-naħa ta’ Ġibiltá wasal lejn tmiem l-ewwel taqsima, meta Liam Payas sab l-ispazju f’tarf il-kaxxa, iżda x-xutt tiegħu ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper, Jaiel Calleja. 

Wara l-mistrieħ, reġgħu kienu Ġibiltá li heddew minn free-kick fid-direzzjoni ta’ Niall Garratt iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet imdawra f’corner b’mod brillanti minn Calleja.

Fil-51 minuta, il-Maltin resqu viċin it-tielet goal meta Denzel Attard għadda minn fuq in-naħa tax-xellug u b’xutt mid-distanza laqat il-lasta. 

Madankollu, fis-60 minuta, skorjaw it-tielet meta Nwoko għeleb in-nasba tal-offside, qabeż lill-goalkeeper Guillem u ddepożita l-ballun fix-xibka. 

Wara dan il-goal, ir-ritmu naqas fejn iż-żewġ naħat għamlu bosta sostituzzjonijiet. Peró, il-Maltin xorta waħda amministraw b’mod komdu l-andament tal-logħba. 

Fl-aħħar stadji, il-Maltin reġgħu heddew u Mattias Gatt Dimech Debono kellu opportunitá li jniżżel ismu fost l-iskorers meta qabeż żewġ avversarji iżda x-xutt finali tiegħu ntemm ftit barra. 

Issa, il-Maltin jilagħbu l-aħħar partita tat-tournament kontra Faroe Islands, nhar is-Sibt, 1 ta’ Marzu, fis-Centenary Stadium, fis-1.30pm.

Malta

12 Jaiel Calleja (GK), 13 Jayden Tabone, 3 Lydon Calleja Attard (15 Giorgio Cristauro 63’), 4 Andre’ Zammit, 5 Ryan Debono (C) (8 Mattiaz Ancilleri 81’), 2 Matthew Mizzi (6 Zachary Hartvig 81’), 7 Rico Cauchi (14 Densel Grech 46’), 16 Julian Scicluna (18 Mattias Gatt Dimech Debono 58’), 9 Jamie Nwoko (11 Justin Pena Serna 63’), 10 Caden Tanti (17 Kaylon Zammit 46’), 19 Nathan Clinton (20 Denzel Attard 46’)

Coach: Piero Panzanaro

Ġibiltà

13 Julian Guillem (GK), 4 Niall Garratt (6 Aaron Sanchez Soiza 79’), 12 Aaron Hollins Key, 17 Aymane Haddad, 15 Thomas Phillips (2 Stefan Soleci 59’), 3 Julian Pecino (7 Lucas Llambias 46’), 14 Azaliah Omara (5 Julian Lima 72’), 8 Islam Dahrouch (11 Jonathan Rowbottom 46’), 19 Aiden Barbara (10 Nicholas Poggio 46’), 16 Liam Payas, 9 Ilies Achhoud Amziane (18 Enzo Bahadur Bonet 59’)

Coach: Victor Manuel Gonzalez

Karti sofor: Denzel Attard 86’ (MLT)