National Teams
E SSIR SESSJONI TA’ TAĦRIĠ TAT-TEAM NAZZJONALI MIFTUĦA GĦALL-PUBBLIKU FIĊ-ĊENTRU NAZZJONALI TAL-FOOTBALL
Published: 17-03-2026 12:22




It-team nazzjonali ‘A’ ta’ Malta se jorganizza sessjoni speċjali ta’ taħriġ miftuħa, li tippermetti lill-partitarji jiltaqgħu mal-players qabel iż-żewġ logħbiet kruċjali kontra l-Lussemburgu fuq perjodu ta’ ftit jiem, hekk kif Malta qed tfittex li tagħmel l-istorja billi taċċerta l-promozzjoni għal-League C tal-UEFA Nations League għall-ewwel darba.
L-ewwel logħba, li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, se tkun nhar il-Ħamis 26 ta’ Marzu 2026, fis-6.00 pm. Din imbagħad se tkun segwita mit-tieni leg, fi Stade de Luxembourg, nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu 2026, fis-6.00 pm ukoll.
Biljetti kemm għall-partita f’darna kif ukoll barra minn xtutna huma disponibbli mill-portal tal-biljetti tal-Malta FA.
Qabel dan, Malta FA se tiftaħ waħda mis-sessjonijiet ta’ taħriġ tat-team nazzjonali għall-pubbliku ġenerali, li tippermetti lill-partitarji jieħdu idea tal-preparazzjoni qabel logħba daqshekk importanti. Is-sessjoni se ssir nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu 2026 fl-4pm, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Football, f’Ta’ Qali.

Dan isegwi s-suċċess tas-sessjonijiet ta’ taħriġ miftuħa riċenti li saru f’logħbiet internazzjonali preċedenti. Il-partitarji se jkollhom l-opportunità li jagħtu ħarsa wara l-kwinti lejn is-sessjonijiet ta’ intensità għolja li jgħaddi minnhom it-team, filwaqt li jiltaqgħu wkoll mal-players favoriti tagħhom mill-qrib.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi u jkun parti minn din l-esperjenza eċċitanti flimkien mat-team nazzjonali tagħna, hekk kif qed jipprepara għall-konfront storiku kontra l-Lussemburgu.
