National Teams
TEAM NAZZJONALI MALTI: IMĦABBRA L-ISKWADRA FINALI
Published: 02-09-2025 13:04
Il-coach nazzjonali, Emilio De Leo, ffinalizza l-għażla tal-iskwadra tiegħu għal-logħbiet internazzjonali li ġejjin, u kkonferma li l-players kollha msemmija fil-lista proviżorja għaddew mill-għażla finali.
It-team nazzjonali ħalla Malta lejn Kaunas, it-Tlieta wara nofs in-nhar għall-partita minn Grupp G ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026, kontra l-Litwanja, nhar il-Ħamis li ġej, 4 ta’ Settembru, fis-6.00 pm.
Ħamest ijiem wara, jiġifieri, nhar it-Tlieta, 9 ta’ Settembru, Malta tospita lil San Marino f’partita ta’ ħbiberija li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, fid-9.00 pm.
L-ISKWADRA MALTIJA
Goalkeepers
Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), James Sissons (Chesterfield FC - Ingilterra).
Difensuri
Zach Muscat (Chaves FC - Portugall), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk FC), Kurt Shaw (Sorrento FC – Italja), Enrico Pepe (Marsaxlokk FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Gabriel Mentz (Gżira United FC), Kean Scicluna (Zabbar St Patrick FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), (Sliema Wanderers FC).
Midfielders
Matthew Guillaumier (Panserraikos FC - Greċja)*, Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Alexander Satariano (Athens Kallithea FC - Greċja), Jake Azzopardi (Valletta FC), Jake Grech (Floriana FC), Yannick Yankam (Valletta FC), Jake Brimmer (Auckland FC – Awstralja), Adam Magri Overend FC (Sliema Wanderers FC).
Attakkanti
Joseph E. Mbong (Hamrun Spartans FC), Jodi Jones (Notts County FC – Ingilterra), Paul Mbong (FK Cukaricki – Serbja), Ilyas Chouaref (Sion FC – Svizzera), Irvin Cardona (AS Saint-Etienne – Franza), Kyrian Nwoko (Sliema Wanderers FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Kemar Reid (Birkirkara FC).
*sospiż għall-partita kontra l-Litwanja