National Teams

Malta qed tospita l-logħob minn Grupp 4 tar-rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA European U17 Championship

Published: 18-10-2022 13:41
u17-Malta-2022-web.jpg
This article is also available in English.

It-tim Nazzjonali ta’ Malta U17 se jkun qed jilgħab il-logħob ta’ Grupp 4 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena bejn id-19 u l-25 ta’ Ottubru fis-Centenary Stadium. Grupp 4 huwa magħmul mill-Iskozja, iċ-Ċekja, l-Irlanda ta’ Fuq u l-pajjiż ospitanti Malta.

 

Malta U17 Team
Il-Kowċ tat-Tim Nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena, Ivan Woods sejjaħ tim ta’ 20 plejer għal dan l-impenn internazzjonali.  L-iskwadra sħiħa hija kif ġej:

 

Goalkeepers

Niklas Vella (Balzan), Jake Scicluna (Valletta)

Difensuri Ċentrali

Nic Briffa (Birkirkara), Kean Scicluna (Hamrun Spartans), Lukas Okeke (Birkirkara), Sheldon Borg (Pietà Hotspurs)

Wingback Leminija

Kewell Fardell (Valletta), Lydon Seychell (Valletta)

Wingback tax-Xellug

Shaun Carabott (Valletta), Shelom Magri (Birkirkara)

Midfielders

Bradley Farrugia (Mosta), Antiago De Flavia (Floriana), Jerome Baldacchino (Valletta), Thomas Melillo (Pietà Hotspurs)

Plejers Offensivi

Jake Azzopardi (Valletta), Felippe Bugeja (Hamrun Spartans), Liam Delicata (Birkirkara), Nicholas Agius (Birkirkara), Keyon Ewurun (Valletta), Nexille Grech (Hamrun Spartans)

 

Il-programm ta’ logħob
Il-logħob kollu fi Grupp 4 se jintlagħab kif ġej fis-Centenary Stadium. Il-programm sħiħ tista' ssibu hawn taħt:

 

L-Erbgħa (19/10/2022): MD1 – Centenary Stadium

11:00 – L-Iskozja vs Malta

16:00 – L-Irlanda ta’ Fuq vs ir-Repubblika Ċeka

 

Is-Sibt (22/10/2022): MD 2 – Centenary Stadium

11:00 – L-Iskozja vs l-Irlanda ta’ Fuq

16:00 – Repubblika Ċeka vs Malta

 

It-Tlieta (25/10/2022): MD 3 – Centenary Stadium

11:00 – Ir-Repubblika Ċeka vs l-Iskozja

16:00 – Malta vs Irlanda ta’ Fuq

 

Prezzijiet tal-biljetti
Side A tas-Centenary Stadium se tkun miftuħa għall-partitarji. Il-prezzijiet tal-biljetti għal partita waħda huma kif ġej:

Adulti - €6

Tfal taħt it-12-il sena, Anzjani ’l fuq minn 60 sena, Konċessjonijiet - €4

Tfal tal-iskola (bl-uniformi) u għalliema, u nurseries - b'xejn

 

Streaming onlajn
Il-logħob jista’ jiġi segwit dirett fuq il-Malta FA Youtube Channel

 

Il-kompetizzjoni
L-aqwa żewġ timijiet f’kull grupp se jingħaqdu mal-aqwa seed l-Olanda u Spanja fir-rawnd tal-elite li se jintlagħab fir-rebbiegħa tal-2023, flimkien mal-erba’ timijiet li jinsabu fit-tielet post bl-aqwa rekords kontra l-aqwa tnejn fit-taqsima tagħhom. L-ospitanti l-Ungerija jikkwalifikaw direttament għat-tournament finali ta’ 16-il tim li se jintlagħab bejn is-17 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla.