National Teams
Malta ssofri telfa kbira kontra l-Kosovo fil-partita ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa U19
Published: 01-04-2025 13:25



Ritratti ta' Joe Borg
2025 UEFA European Women’s Under-19 Championship – Round 2 – Group B3
01.04.2025, Centenary Stadium
KOSOVO...6
MALTA...0
(HT 3-0)
21’ Elona Paci (KOS), 39’ Olsa Maqastena (KOS), 41’ Elona Paci (KOS), 57’ Riga Kallaba (KOS), 70’ Elona Paci (KOS), 89’ Besjana Zogaj (KOS)
Malta bdiet ir-round tal-kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena tan-Nisa, b’telfa kbira ta’ 6-0 kontra l-Kosovo, fis-Centenary Stadium, bl-avversarji jirriżultaw bħala wisq b’saħħithom għat-team żagħżugħ Malti.
Il-Kosovo bdew bħala l-aktar b’saħħithom u damu biss sitt minuti biex ħolqu l-ewwel oppurtunitá ta’ skor. Sahare Berisha ittantat xortiha b’xutt mid-distanza, iżda dan ġie salvat mill-goalkeeper Maltija, Erika Muscat, li mbagħad ġabret il-ballun mingħajr wisq tbatija.
Malta wieġbet fis-17-il minuta u kellha ċans tajjeb li tiftaħ l-iskor meta f’kontrattakk veloċi, il-ballun intemm għand Ema Micallef, li venvnet xutt b’saħħtu li stampa mal-mimduda.
Madankollu, fil-21 minuta, il-Kosovo fetħu l-iskor, wara li corner ma ġiex ikklerjat mid-difiża Maltija, b’Elona Paci titfa’ l-ballun fix-xibka mill-viċin. Il-Kosovo reġgħu heddew fis-26 minuta meta Riga Kallaba ġiet wiċċ imb’wiċċ ma’ Muscat, iżda l-goalkeeper Maltija antiċipat biex ċaħdet lill-avversarji mit-tieni goal.
Erba’ minuta wara, Muscat reġgħet ġiet imsejħa fl-azzjoni b’save eċċellenti hekk kif il-Kosovo komplew iżidu l-pressjoni.
Peró, fid-39 minuta, l-avversarji skorjaw it-tieni goal meta minn azzjoni ta’ free-kick, Ollsa Maqastena, mill-viċin tefgħet il-ballun fix-xibka.
Malta għamlet reazzjoni meta minn corner, il-ballun wasal għand Stella Francalanza, li kellha d-daqqa ta’ ras tagħha tintemm ftit barra.
Iżda l-Kosovo daħlu jistrieħju fil-vantaġġ ta’ tliet goals, hekk kif kontrattakk veloċi wassal biex Paci tegħleb għal kollox lil Muscat.
Fi-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu aktar kunfidenti u rebħu aktar dwelli u pussess tal-ballun. Minkejja dan, fis-57 minuta, l-avversarji skorjaw ir-raba’ goal meta Riga Kallaba sparat il-ballun fix-xibka wara taħwida quddiem il-lasti Maltin.
Fis-70 minuta, il-Kosovo għamluhom ħamsa minn Paci biex b’hekk irreġistrat hat-trick personali.
Imbagħad, fid-90 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa permezz ta’ Besjana Zogaj.
Malta terġa’ tkun impenjata, nhar il-Ġimgħa 4 ta’ April, kontra l-Latvja, fis-2.30pm.
Kosovo
1 Djellza Mehmeti (GK) (C), 2 Aurora Cakolli (13 Rita Feka 83’), 3 Ramize Orana (21 Agnesa Aliu 76’), 5 Aurora Mulliqi, 6 Besjana Zogaj, 7 Elona Paci, 9 Riga Kallaba, 10 Sahare Berisha (18 Albinga Gegaj 76’), 17 Liza Hoxha, 20 Olsa Maqastena (15 Shenarta Bela 46’), 22 Imeraj Aurela (19 Elda Nuredini 66’)
Coach: Albina Rrahmani
Malta
1 Erika Muscat (GK), 4 Amber Galea, 5 Fatma Al Girbi (8 Amelia Vassallo 46’), 6 Ema Micallef, 7 Lara May Azzopardi, 10 Crista Chetcuti Ganado, 14 Shannen Mallia (2 Michela Rose Ionadi 46’), 15 Thea Ida Scicluna (13 Megan La Rosa 83’), 20 Ylenia Azzopardi (9 Nilayza Attard 76’), 21 Francesca Bartolo (C) (18 Shana Farrugia 76’), 22 Stella Francalanza
Coach: David Attard
Referee: Kristina Kozoroh (UKR)
Ammoniti: Amber Galea (MLT), Fatma Al Girbi (MLT), Shannen Mallia (MLT), Ema Micallef (MLT)