National Teams
Malta ssofri telfa minima kontra l-Latvia minkejja wirja qalbiena
Published: 06-03-2025 16:06








Ritratti ta' Joe Borg
UEFA GIRLS U16 DEVELOPMENT TOURNAMENT
Centenary Stadium, 06.03.2025
MALTA...1
LATVIA...2
(HT 1-1)
1’ Megija Krastina (LAT), 14’ Amy Catania (MLT), 50’ Keita Zviedre (LAT)
F’partita valida mill-UEFA U16 Development Tournament tat-Tfajliet, Malta sfat megħluba mil-Latvja bl-iskor ta’ 2-1, minkejja li pproduċiet wirja qalbiena u spirituża u saħansitra kienet sfortunata li ma ħarġitx rebbieħa.
Sa mill-bidu, il-Latvja ħarġu fuq l-offensiva u wara biss minuta logħob fetħu l-iskor minn Megija Krastina.
Dan il-goal ma ddemorlizzax lill-Maltin u b’mod gradwali bdew jidħlu fil-partita u saħansitra ttantaw xortihom b’xuttijiet mid-distanza iżda naqsu li jinkwadraw il-lasti.
Fl-10 minuta, f’azzjoni personali, Nina Lee Naudi serqet ballun f’nofs il-ground, għelbet lill-avversarji diretti tagħha iżda x-xutt finali spiċċa barra.
Peró, fl-14-il minuta, il-Maltin ġew ippremjati meta minn azzjoni ta’ corner, b’xutt imdawwar ta’ Amy Catania għelbet għal kollox lill-goalkeeper, Felicita Leonora Feigina, biex kisbet id-draw.
Fil-25 minuta, il-Latvjani resqu viċin li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ meta xutt mill-qrib ta’ Katrina Kate Petersone ġie salvat minn Ezlyana Degiorgio.
F’nofs l-ewwel taqsima, Catania kellha bosta ċansijiet biex tpoġġi lill-Maltin fil-vantaġġ, l-ewwel b’xutt tajjeb minn barra l-kaxxa li ġie salvat mill-goalkeeper avversarja, u ftit sekondi wara b’xutt li għadda jħakkek mal-wieqfa. Imbagħad daħlet fil-kaxxa iżda t-tentattiv tagħha ġie salvat minn Feigina.
Minkejja li baqgħu jippressaw, il-Maltin ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja biex iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi draw ta’ 1-1.
Fil-bidu tat-tieni taqsima, il-Maltin ħelsuha ħafif meta l-free-kick ta’ Anna Artemjeva ħabat mal-lasta, bid-difiża Maltija tbiegħed il-periklu.
Madankollu, fil-50 minuta, il-Latvja reġgħu marru fil-vantaġġ meta Keita Zviedre rċeviet through-pass, daret mal-goalkeeper Degiorgio qabel ma ddepożitat il-ballun fix-xibka għal skor ta’ 2-1.
Wara dan il-goal, il-Maltin xeħtu kollox fuq l-attakk u resqu viċin f’żewġ okkażjonijiet. L-ewwel minn Erika Cini li evitat lill-avversarja diretta tagħha iżda xxuttjat għoli u ftit mumenti wara b’xutt mill-bogħod, Naudi falliet il-mira.
Il-Maltin baqgħu jippersistu iżda ma rnexxielhomx jegħlbu lid-difiża tal-Latvja biex l-iskor baqa’ ma nbidilx.
L-aħħar partita ta’ Malta f’dan it-tournament hija kontra l-Irlanda ta’ Fuq, nhar il-Ħadd, 9 ta’ Marzu, fis-1.30pm.
Malta
12 Ezylana Degiorgio (GK), 9 Amy Portelli (C), 5 Amy Catania, 15 Jade Galea (18 Krista Sacco 46’), 8 Kesia Farrugia (11 Edeson Grixti 82’), 10 Alanah Ghio (19 Sara Anneloes Shaladi 82’), 22 Nina Lee Naudi, 6 Erika Cini (20 Izabella Margaret Stringer 65’), 14 Ana Mercieca (4 Amberley Borg 56’), 17 Olivia Nazarko (3 Kay Axiak 56’), 2 Shanaia Mifsud (7 Alessandra Consoli 46’)
Coach: Clint Tabone
Latvia
1 Felicita Leonora Feigina, 16 Adriāna Daniela Selušinska (2 Viktorija Savuškina 58’), 17 Elizabete Dubinska, 13 Anna Pereligina (4 Līva Strauta 75’), 8 Ketrīna Vorslova (6 Aleksija Ralija Šnaidere 58’), 11 Megija Krastiņa (7 Lote Aleksandrova 46’), 5 Emīlija Ambaine, 20 Laura Kaņupa Kanapeusa (15 Anna Artemjeva 46’), 3 Alise Grigorjeva (10 Keita Zviedre 46’), 19 Katrīna Kate Pētersone (18 Elīza Markvarte 75’), 9 Anete Mirjama Gailīte (14 Jekaterina Haritonova 46’)
Coach: Rihards Gorkšs
Karti Sofor: Jekaterina Haritonova (LAT)