National Teams

TMIEM DRAMMATIKU GĦAL MALTA FIL-UEFA DEVELOPMENT TOURNAMENT B’REBĦA FL-GĦOTI TAL-PENALTIES

Published: 09-03-2026 16:25
DSCF2461_6.jpeg
DSCF0963_1.jpeg
DSCF1057 (1)_3.jpeg
DSCF1040_2.jpeg
DSCF1426_9.jpeg
DSCF1469_8.jpeg
DSCF1517_7.jpeg
DSCF1629_14.jpeg
DSCF1840_12.jpeg
DSCF1852_11.jpeg
DSCF1953_10.jpeg
This article is also available in English.

UEFA U16 DEVELOPMENT TOURNAMENT
Centenary Stadium, 09.03.2026

MALTA…2
ANDORRA…2
(HT 2-0)
(10-9 bil-penalties)

6’ Lukas Freddie Wright (MLT), 42’ Cole Zerafa (MLT), 63’ Nil Fernandez (AND), 86’ Enzo Millan (AND)

Malta temmet l-impenji tagħha fil-UEFA Development Tournament ta’ Taħt is-16-il sena b’rebħa fuq Andorra permezz tal-għoti tal-penalties wara logħba missielta fis-Centenary Stadium.

Malta resqet qrib li tiftaħ l-iskor wara biss tliet minuti, meta Gianni Zerafa qabeż lid-difensuri avversarji barra l-kaxxa, qabel ma għadda lura lejn Ayrem Aquilina, li x-xutt tiegħu laqat il-lasta.

Il-Maltin fetħu l-iskor tliet minuti wara meta, kontrattakk veloċi wassal lil Jayden Roe jiġri minn nofs il-ground, qabel ma żmarka lil Lukas Freddie Wright, u filwaqt li l-ewwel tentattiv tiegħu ġie salvat minn Nil Soares, l-attakkant mir-rebound ma ħafirx.

Malta kienu preċiżi fuq il-ballun, u kkontrollaw il-logħob f’nofs il-ground.

Fl-24 minuta, Liam Galea ħarab fuq il-faxxa xellugia u xeħet cross perfett fil-kaxxa b’Roe jogħla tajjeb, iżda daqqa ta’ ras mill-viċin spiċċat ftit għoli.

Andorra kellhom il-mumenti tagħhom u fis-37 minuta, minn cross fuq ix-xellug, fejn Eric Cerqueda laħaq l-ewwel fuq il-ballun iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa barra.

Fit-42 minuta, il-Maltin irduppjaw, grazzi għal kontrattakk ieħor veloċi. Logħob intelliġenti wassal lil Luke Buttigieg jiġri mal-lemin, qabel ma għadda tajjeb lejn Cole Zerafa, li minn pożizzjoni deali xeħet il-ballun fix-xibka.

Fil-61 minuta, il-Maltin rebħu free-kick eżatt barra l-kaxxa. Nicholas Busuttil ipprova xortih mid-distanza, iżda t-tentattiv tiegħu kien dgħajjef u l-goalkeeper ta’ Andorra salva faċilment.

Ftit mumenti wara, Andorra naqqsu d-distakk meta pass fil-qalba tad-difiża Maltija ġie interċettat minn Nil Fernandez, li mill-viċin għeleb lill-goalkeeper, Deyan Gatt.

Fil-75 minuta, Andorra resqu qrib li jiksbu d-draw meta xutt ġewwa l-kaxxa ġie devjat minn difensur, iżda l-ballun intemm barra.

Fit-81 minuta, il-Maltin resqu viċin li jiskorjaw it-tielet goal meta l-ballun intemm għand Busuttil, li x-xutt tiegħu għadda ftit għoli.

Fit-86 minuta, Andorra kibsu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner, Enzo Millan laħaq l-ewwel fuq il-ballun u minn taħt il-lasta xeħet ġewwa.

 Enzo Millan laħaq il-ballun l-ewwel l-minn azzjoni ta’ corner, u minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa. B’riżultat ta’ dan, il-logħba spiċċat fi draw ta’ 2-2, u kellha tmur għall-għoti tal-penalties.

F’maratona ta’ penalties, l-iskor kien 9-9. Il-mument deċiżiv wasal fl-aħħar żewġ penalties, mill-goalkeepers taż-żewġ timijiet rispettivi. Arnau Rodriguez kellu t-tentattiv tiegħu salvat minn Deyan Gatt, bil-goalkeeper Malti mbagħad jiskorja l-penalty tiegħu biex ta rebħa drammatika lil Malta.

MALTA
1 Noah Mulholland (GK) (12 Deyan Gatt, 46’), 4 Nicholas Busuttil, 5 Matteo Mangion, 8 Jayden Roe (C) (6 Kayden Hili, 85’), 9 Lukas Freddie Wright (7 Mateja Stevanovic, 60’), 10 Ayrem Aquilina (18 Sean Farrugia, 60’), 13 Liam Galea (2 Liam Gatt, 85’), 15 Kaiden Grixti, 16 Luke Buttigieg (14 Emerson Agius, 69’), 17 Cole Zerafa (19 Kenzil Vella, 60’), 20 Gianni Zerafa (11 Matthew Higgans, 60’)
Coach: Davide Mazzotta

ANDORRA
1 Nil Soares (GK) (13 Arnau Rodriguez, 46’), 2 Jan Ribo (21 Adri Del Amo, 57’), 4 Hector Ferreira (8 Adri Casas, 68’), 5 Eric Cerqueda, 6 Lucas Fernandez (3 Ivan Nunez, 68’), 7 Jan Gracia (C) (9 Nil Fernandez, 46’), 10 Marc Huguet, 11 Lucas Magalhaes (16 Enzo Millan, 46’), 18 Marc Ber, 20 Sergi Vidal (14 Biel Opoku, 57’), 22 Ayan Sonejee (15 Tom Kampfraat, 57’)
Coach: Jose Salvador

Referee: Jo-Anna Vassallo

Ammoniti: Biel Opoku (AND), Marc Huguet (AND)