National Teams

Malta titla' f'Grupp F tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew ta' Taħt il-21 sena

Published: 06-02-2025 09:41
UEFA U21 European Championship Qualifiers Draw.jpeg
UEFA U21 European Championship Qualifiers Draw 1.png
This article is also available in English.

It-tlugħ tal-poloz tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena, 2025-27,  sar il-Ħamis, 6 ta’ Frar, 2025, fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA, f’Nyon, l-Isvizzera.

Malta, li kienet f’pot 6, ġiet imtella’ fi Grupp F li jinkludi l-Ġermanja,  Georgia, il-Greċja, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Latvja. Dan il-grupp huwa wieħed interessanti b’antiċipazzjoni ta’ bosta partiti eċċitanti hekk kif it-timijiet jimmiraw għal post fil-fażi finali. 

Id-disa’ rebbieħa tal-gruppi flimkien mat-timijiet ikklassifikati fit-tieni post bl-aħjar rekord kontra l-aqwa ħamsa fil-grupp tagħhom, jikkwalifikaw direttament għall-fażi finali. 

It-tmien timijiet l-oħra li jtemmu fit-tieni post, jilagħbu fi play-offs biex jiġu deċiżi l-erba’ finalisti li jkunu fadal.

Il-partiti tal-fażi tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni se jintlagħbu bejn Marzu 2025 u Ottubru 2026. Dan imbagħad ikun segwit minn round ta’ play-offs f’Novembru 2026.

It-tournament finali se jintlagħab fis-sajf 2027, fl-Albanija u fis-Serbja. 

Din il-kampanja ta’ kwalifiki se timmarka wkoll il-bidu tat-tmexxija tal-coach, Davide Mazzotta, fir-responsabbiltá tat-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, wara li nħatar f’din il-kariga, f’Jannar li għadda.  

Huwa għandu rekord tajjeb għall-iżvilupp ta’ players żgħażagħ fi triqithom lejn l-ogħla livell tal-football internazzjonali. 

Round ta’ Kwalifikazzjoni

17-25 ta' Marzu 2025
2-10 ta' Ġunju 2025
1-9 ta' Settembru 2025
6-14 ta' Ottubru 2025
10-18 ta' Novemberu 2025
23-31 ta' Marzu 2026
21 ta' Settembru sa 6 ta' Ottubru 2026

Play-offs

9-17 ta' Novembru 2026