National Teams

MALTA TTELLGĦET FI GRUPP B5 TAT-TIENI ROUND TAL-KAMPJONAT EWROPEW 2026/27 TA’ TAĦT ID-19-IL SENA

Published: 3 hours ago
UEFA European Under-19 Championship 2027 Round 2 Draw.jpg
UEFA European Under-19 Championship 2027 Round 2 Draw (2).jpg
This article is also available in English.

Malta ttellgħet fi Grupp B5 għat-tieni round tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il Sena tal-UEFA 2026/27.

It-tlugħ tal-poloz għall-gruppi sar nhar it-Tnejn, 15 ta’ Ġunju 2026, fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f’Nyon, l-Isvizzera.

B’kollox, se jieħdu sehem 54 team f’din il-kompetizzjoni, maqsumin bejn il-League A u l-League B, bi 28 team fl-ewwel waħda u 26 team fit-tieni.

Malta, li kienet tinsab f’Pot 4, ittellgħet fi Grupp B5 flimkien mal-Isvizzera, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Maċedonja ta’ Fuq.

It-team ospitu tal-mini-tournament u d-dati tal-logħob se jitħabbru aktar ’il quddiem. Il-logħbiet tat-tieni round għandhom jintlagħbu matul waħda mill-waqfiet internazzjonali li ġejjin, sakemm l-assoċjazzjonijiet kollha fil-grupp ma jaqblux li jilagħbu f’dati differenti: mill-21 ta’ Settembru sas-6 ta’ Ottubru 2026 jew mid-9 sas-17 ta’ Novembru 2026.

It-tieni round irid jitlesta sal-17 ta’ Novembru 2026.