National Teams

MACRI JĦABBAR SKWADRA TA’ 20 PLAYER GĦALL-KWALIFIKI TAL-EURO U17

Published: 09-11-2025 18:15
Malta Youth NT.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt is-17-il sena, Francesco Macri, ħabbar skwadra ta’ 20 player għall-kwalifiki tal-Euro U17 li se jsiru fis-Serbja fil-jiem li ġejjin.

It-team żagħżugħ ġie mtella’ fi Grupp 7 tal-Ewwel Round tal-kwalifikazzjoni, flimkien mas-Serbja, it-Turkija, u Bosnja Herzegovina.

L-ewwel logħba se tara lil Malta tilgħab kontra t-team ospitu, is-Serbja, nhar it-Tlieta 11 ta’ Novembru, fil-5.00 pm, bil-logħba tintlagħab fl-Sportski Centar, Mladost f’Pancevo. Din imbagħad se tkun segwita minn logħba oħra nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru, din id-darba kontra t-Turkija, fil-11.00 am. Din il-logħba se tintlagħab f’FK Vozdova f’Belgrad. 

L-aħħar logħba tal-grupp se tara lil Malta taffronta lil Bosnja Herzegovina,   nhar it-Tnejn 17 ta’ Novembru, fl-4.00 pm. Din il-logħba se tintlagħab ukoll f’FK Vozdovac f’Belgrad.

It-team Malti ġej minn perjodu pożittiv f’Settembru li għadda, wara li barra minn xtutna għeleb darbtejn lil Liechtenstein f’żewġ logħbiet ta’ ħbiberija.

Taħt it-tmexxija ta’ Macri, it-team se jkun qed ifittex li jkompli jibni fuq dawk il-wirjiet, b’dawn it-tliet konfronti li ġejjin.

L-iskwadra ta’ 20 player msejħa minn Macri hija:

Goalkeepers
Jaiel Calleja (San Ġwann FC), Vincent Tabone (FC Lausanne Sport – Svizzera)

Difensuri
Danny Sammut Smith (Pietà Hotspurs FC), Zachary Hartvig (Birkirkara FC), Zayden Chetcuti (Mosta FC), Jayden Tabone (Mosta FC), Lydon Calleja Attard (Mosta FC), Leon Mifsud (Pietà Hotspurs FC)

Midfielders
Mattiaz Ancilleri (Valletta FC), Mattias Gatt Dimech Debono (Floriana FC), Karim Misurati (St Andrews FC), Julian Scicluna (Pietà Hotspurs FC), Caden Tanti (Genoa CFC – Italja), Kaylon Zammit (Pietà Hotspurs FC), Ryan Debono (Mosta FC), Jayden Roe (Hibernians FC)

Attakkanti
Denzel Attard (Floriana FC), Miguel Farrugia (San Gwann FC), Luca Chetcuti (Mosta FC), Jamie Nwoko (St Andrews FC)