National Teams

LUSSEMBURG v MALTA - IRBAĦ VJAĠĠ UNIKU MAT-TEAM NAZZJONALI U MA’ KM MALTA AIRLINES

Published: 06-03-2026 15:35
MLT NED 02.jpg
This article is also available in English.

It-team nazzjonali Malti qed iħejji għall-partita internazzjonali kruċjali lejn tmiem dan ix-xahar. 

Din se tkun kontra l-Lussemburgu f’konfront fuq żewġ legs fil-Play-Offs tal-UEFA Nations League, l-ewwel f’darna u mbagħad barra minn xtutna, hekk kif qed infittxu li niksbu promozzjoni storika għal League C.

L-ewwel logħba se tintlagħab fin-National Stadium, f’Ta’ Qali, nhar il-Ħamis 26 ta’ Marzu 2026, fis-6.00 pm. It-tieni partita se tara lit-team Malti jivvaġġja lejn il-Lussemburg, fejn jerġa’ jiltaqa’ mal-istess avversarju nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu 2026, fis-6.00 pm ukoll. 

Hekk kif qed nippreparaw għal dan il-konfront doppju kruċjali, l-MFA bi pjaċir tħabbar li ssieħbet ma’ KM Malta Airlines biex toffri lil żewġ partitarji ċ-ċans li jivvjaġġaw mat-team nazzjonali!

Din se tkun esperjenza unika għal kull partitarju Malti tal-football, li tinkludi vjaġġ lejn u lura mil-Lussemburgu, akkomodazzjoni f’lukanda ta’ erba’ stilel, kif ukoll biljetti għal-logħba barra minn darna. 

Id-dati tal-vjaġġ huma mill-29 sal-31 ta’ Marzu 2026, u r-rebbieħa se jkollhom l-opportunità jesperjenzaw kif inhu li tivvjaġġa mat-team nazzjonali għal okkażjoni tant importanti.

Biex ikollok iċ-ċans tirbaħ din l-esperjenza inkredibbli, kull ma trid tagħmel hu li ssegwi l-passi fil-formola t’hawn taħt:

IMLA' L-FORMOLA

Ir-rebbieħa, li se jintgħażlu b’mod każwali, se jitħab­bru nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu, 2026. Biex tkun eliġibbli, il-parteċipanti jridu jkunu segwaċi tal-paġni ta’ Facebook u Instagram tal-Malta FA u KM Malta Airlines.

Jiġu applikati termini u kundizzjonijiet.

Titlifx din l-opportunità li tingħaqad mat-team nazzjonali hekk kif jipprova jagħmel l-istorja!