National Teams
MALTA TIMPRESSJONA BIEX GĦELBET LILL-KROAZJA B’MOD DRAMMATIKU
Published: 28-11-2025 21:11









LOGĦBA TA' ĦBIBERIJA TAN-NISA
Centenary Stadium, Ta’ Qali
28.11.2025
MALTA…3
KROAZJA…2
(HT 1-0)
15’ Rachel Cuschieri (MLT), 50’ Karla Kurkutović (CRO), 51’ Ivana Rudelić (CRO), 82’ Sara Saliba (MLT), 84’ Maria Farrugia (MLT)
Malta kisbet rebħa impressjonanti u drammatika kontra l-Kroazja nhar il-Ġimgħa filgħaxija, hekk kif dawret telfa f’rebħa b’żewġ goals tard.
Malta bdiet il-partita b’mod pożittiv ħafna, tipprova timponi ruħha kontra t-team b’saħħtu tal-Kroazja.
Kien it-team ospitu li fetaħ l-iskor fil-15-il minuta, wara li Maria Farrugia għamlet ġirja veloċi minn fuq il-lemin, qabel sabet lil Rachel Cuschieri, li minn tarf il-kaxxa ż-żgħira ma’ żbaljatx.

Il-Kroazja ppruvaw jagħmlu reazzjoni billi jippressaw lura lill-Maltin iżda d-difiża tagħna kienet waħda organizzata billi antiċipat kull cross biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ goal.
Fit-tieni taqsima, il-Kroati ħarġu aktar aggressivi u qalbu l-partita fi ftit minuti.
Fil-50 minuta, Karla Kurkutovic fajret xutt li qabeż lil Giulia D’Antuono, biex kisbet id-draw.
Ftit sekondi wara, Ivana Rudelic poġġiet lill-Kroazja fil-vantaġġ b’xutt minn tarf il-kaxxa lejn ir-rokna tax-xibka.
Il-Maltin ippruvaw jagħmlu reazzjoni u bdew jippressaw lill-avversarji.
Fis-60 minuta, Farrugia rebħet ballun f’tarf tal-kaxxa, qabel sabet lil Shona Zammit, iżda x-xutt tagħha spiċċa barra.
It-team ospitu baqa’ jippressa biex jidħol lura fil-partita u, fit-82 minuta, wasal il-goal tad-draw.
Leah Ayres għamlet ġirja qawwija fuq ix-xellug, qabel sabet lil Sara Saliba, li daret b’mod eċċellenti u tefgħet il-ballun fix-xibka.

Fl-84 minuta, il-partita ħadet xejra oħra hekk kif il-Maltin marru fil-vantaġġ, din id-darba Farrugia kkontrollat il-ballun fil-kaxxa u venvnet xutt li ħabat mal-lasta qabel ma l-ballun intemm fix-xibka.
Wara dan il-goal, il-players tagħna għarfu jikkontrollaw sal-aħħar biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2.
Iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu għal partita internazzjonali oħra ta’ ħbiberija nhar it-Tnejn, 1 ta’ Diċembru, fil-5.00 pm.
Malta
1 Giulia D’Antuono (GK), 4 Emma Lipman (K), 5 Stephania Farrugia, 8 Rachel Cuschieri, 9 Kailey Willis (7 Sara Saliba, 62’), 10 Maria Farrugia, 13 Maya Lucia (2 Alexandra Marcella Gatt, 46’), 14 Shona Zammit, 18 Yulya Carella (11 Leah Ayres, 79’), 20 Nicole Sciberras, 22 Rebecca Bajada
Kowċ: Manuela Tesse
Kroazja
1 Doris Bačić (GK) (K), 2 Lucia Orkić (14 Antonia Dulčić, 90’), 3 Ana Jelenčić, 4 Lucija Vunić (11 Ivana Slipčević, 90’), 6 Tea Vračević, 8 Maja Joščak, 9 Ivana Rudelić (18 Ella Luština, 90+5’), 13 Helena Spajić, 19 Janja Čanjevac, 20 Karla Kurkutović (10 Izabela Lojna, 65’), 21 Barbara Živković (7 Petra Mikulica, 65’)
Kowċ: Nenad Gračan
Referee: Emanuela Rusta (ALB)