National Teams

MALTA SSOFRI TELFA KONTRA L-LIBANU FL-EWWEL PARTITA TA’ ĦBIBERIJA

Published: 22-10-2025 17:08
Malta WU19 vs Lebanon (1)_1.jpg
Malta WU19 vs Lebanon (2)_2.jpg
Malta WU19 vs Lebanon (3)_3.jpg
Malta WU19 vs Lebanon (5)_10.jpg
Malta WU19 vs Lebanon (4)_11.jpg
Malta WU19 vs Lebanon (8)_8.jpg
Malta WU19 vs Lebanon (9)_9.jpg
Malta WU19 vs Lebanon (11)_6.jpg
Malta WU19 vs Lebanon (12)_5.jpg
This article is also available in English.

LOGĦBA INTERNAZZJONALI TA' ĦBIBERIJA TAN-NISA TA' TAĦT ID-19-IL SENA
22.10.2025
Centenary Stadium, Ta’ Qali

MALTA…2
LIBANU…4
(HT 1-1)

20’ Lexine Farrugia (MLT), 35’ Sherin Hasno (LEB), 54’ Amelia Vassallo (MLT), 61’ Luna Khazem (LEB), 77’ Maryam Lazkani (LEB), 88’ Sarah Issa (LEB)

It-Team Nazzjonali tan-Nisa ta’ Taħt id-19-il sena pproduċa wirja qalbiena nhar l-Erbgħa wara nofsinhar, iżda ġie megħlub minn goals tard mit-team nazzjonali tal-Libanu.

Malta kellha l-ewwel ċans tal-logħba fir-raba’ minuta, hekk kif Rowen Crawshaw temmet ġirja mix-xellug, qabel ma sabet lil Caitlyn Turner, li kellha x-xutt tagħha jiġi salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Libanu, Marcelle Skaiki.

Fl-10 minuta, il-Libanu kienu sfortunati meta wara li ppressaw lid-difiża Maltija, Maryam Lazkani kellha x-xutt tagħha jistampa mal-wieqfa.

Madankollu, Malta kienu ta’ theddida kbira fil-11-il minuta, meta Crista Chetcuti Ganado kellha ġirja eċċellenti fuq ix-xellug, qabżet player avversarja qabel ma xeħtet cross lejn Lexine Farrugia, iżda t-tentattiv tagħha ġie salvat minn Skaiki.

It-team Malti kompla jipressa lid-difiża avversarja, u wara li rebħet il-ballun fit-tarf tal-kaxxa, Emma Flannery ittanat xortiha permezz ta’ xutt mid-distanza, iżda falliet il-mira.

Fl-20 minuta, il-Maltin fetħu l-iskor meta pass preċiż minn Chetcuti Ganado sab lil Farrugia li mill-qrib ma żbaljatx.

Fit-23 minuta, il-Libanu resqu viċin li jiksbu d-draw meta ndeċiżjoni fid-difiża Maltija wasslet biex il-ballun jintemm għand Sherin Hasno, li kellha x-xutt jaħbat mal-wieqfa.

Iżda fil-35 minuta, huma rebħu penalty u mill-11-il metru, Hanso  tefgħet il-ballun fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Ftit mumenti wara,  Farrugia xeħtet cross lejn Flannery, li x-xutt qawwi tagħha ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper avversarja.

Il-Maltin bdew it-tieni taqsima b’mod aggressiv, u tliet minuti biss mill-ftuħ tagħha, ġew imċaħħda mil-lasta. Dan meta Suzanne Farrugia Sacco ħadet vantaġġ minn azzjoni mejta u wara li għaddiet minn qalb bosta difensuri, kompliet lejn Turner, li x-xutt tagħha laqat il-wieqfa.

Iżda fl-54 minuta huma ma kellhomx jiġu mċaħħda, meta pass sabiħ minn Chetcuti Ganado sab lil Amelia Vassallo, li wiċċ imb wiċċ mal-goalkeeper tal-Libanu, b’kalma liema bħalha tefgħet ġewwa.

Iżda, fil-61 minuta, il-Libanu għamlu l-iskor indaqs hekk kif cross insidjuż ma ġiex ikklerjat tajjeb mid-difiża Maltija, biex  Luna Khazem xeħtet fix-xibka minn daqqa ta’ ras preċiża.

U fis-77 minuta huma marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ meta xutt mid-distanza ta’ Maryam Lazkani spiċċa fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Fit-82 minuta, il-goalkeeper ta’ riserva  Maltija, Julia Maria Zarb, ġiet imsejħa fl-azzjoni meta xutt qawwi mil-lemin ta’ player tal-Libanu ġie mdawwar f’corner.

Fl-aħħar ftit minuti, il-Libanu ssiġillaw ir-rebħa hekk kif Sarah Issa mill-viċin xeħtet il-ballun fix-xibka.

Minkejja l-isforzi ta’ Malta, il-Libanu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2. 

Iż-żewġ naħat se jerġgħu jiltaqgħu nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru, għat-tieni logħba ta’ ħbiberija internazzjonali, fit-3.00 pm.

Malta

1-Maya Muscat (12-Julia Maria Zarb, 46’), 5-Francesca Bartolo (8-Amelia Vassallo, 46’), 4-Amber Galea (19 Thais Muscat, 62’), 3 Lara May Azzopardi (18 Maia Gauci, 62’), 11-Rowen Crawshaw, 6 Emma Flannery, 14-Caitlyn Turner, 17-Stella Francalanza, 10-Nyorah Celeste (16-Ylenia Azzopardi, 46’), 20-Crista Chetcuti Ganado (15-Lisa Calleja, 62’), 7-Lexine Farrugia (C) (22-Suzanne Farrugia Sacco, 46’) Kowċ: David Attard

Libanu

1 Marcelle Skaiki, 4-Haya Najjad, 2-Ayana Rezkallah, 14-Lynn Moutran, 6-Celine Bitar, 10-Cecile Iskandar, 18-Paula Karam (8-Gianna Frangieh, 62’), 7-Sherin Hasno, 19-Luna Khazem (17-Caren Serhal, 75’), 9-Maryam Lazkani, 12-Gabriella Danielle (20-Sarah Issa, 68’) Kowċ: Francois Dahdah

Referee: Rapjan Xhyra