National Teams

Jittellgħu l-poloz tal-Kampjonat Ewropej tan-Nisa ta' Taħt is-17 u d-19-il sena

Published: 05-06-2025 11:34
WU17 Draw.jpg
WU19 Draw.jpg
This article is also available in English.

Il-poloz għall-ewwel rounds tal-Kampjonati Ewropej tan-Nisa ta’ Taħt is-17 u d-19-il sena tal-UEFA 2025/26 saru nhar il-Ħamis filgħodu.

Poloz tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ Taħt is-17-il sena tal-UEFA 2025/26, Round 1

Malta, li tpoġġiet f’Pot 3 għall-poloz għal League B, ġiet imtella’ fi Grupp B5, flimkien mal-Isvezja u l-Litwanja. Il-poloz jippreżentaw numru ta’ logħbiet interessanti hekk kif it-timijiet jikkompetu għall-promozzjoni għal League A.

League A fih 28 team, inklużi ċ-champions renjatnti l-Olanda, flimkien mas-seba’ timijiet promossi minn League B wara t-tieni round tal-edizzjoni 2024/25. B’kollox hemm 21 team, li jinkludu wkoll lit-timijiet li ġew relegati minn League A fit-tieni round tal-edizzjoni 2024/25.

Ir-rebbieħa tal-grupp u l-aqwa finalisti se jiġu promossi għal League A.

Malta ntgħażlet biex tospita l-mini-tournament, bil-logħbiet  jintlagħbu sat-2 ta’ Diċembru. Id-dati eżatti għal kull grupp se jiġu stabbiliti fil-ħin opportun.

Kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ Taħt id-19-il sena tal-UEFA 2025/26, Round 1

Malta ġiet imtella’ kontra Iżrael, Latvja u l-Kazakhstan fi Grupp B6 ta’ Round 1 tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ Taħt id-19-il sena  2025/26.

B’kollox, kien hemm 52 parteċipant, maqsuma f’League A (28 team) u f’League B (24 team) abbażi tal-klassifiki wara t-tieni round tal-edizzjoni preċedenti.

Malta tpoġġiet f’Pot 3 għall-polza ta’ League B.

L-24 team ta’ League B, maqsuma f’sitt gruppi, se jikkompetu għall-promozzjoni għal League A. Ir-rebbieħa tal-grupp u l-aqwa finalist f’League B se jiġu promossi.

Malta ntgħażlet ukoll biex tospita dan il-mini-tournament, bil-logħbiet jintlagħbu  bejn l-20 u t-28 ta’ Ottubru 2025 jew bejn l-24 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru 2025.