National Teams
De Leo isejjaħ skwadra proviżorja għal-logħob ta' kwalifikazzjoni kontra Finlandja u Polonja
Published: 13-03-2025 21:00
Il-coach nazzjonali, Emilio De Leo, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 37 player għall-kwalifikazzjoni Ewropea tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2026.
Malta se tibda l-vjaġġ tagħha fi Grupp G b’partita f’pajjiżna kontra l-Finlandja, nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu, 2025, fl-Istadium Nazzjonali.
Din il-partita, skedata li tibda fid-8.45pm, se timmarka l-bidu tal-kariga ta’ De Leo bħala Head Coach tat-timijiet nazzjonali wara l-ħatra tiegħu, f’Jannar. Tlett ijiem wara, it-team imur Varsavja għall-partita diffiċli kontra l-Polonja, fi Stadion Narodowy, nhar it-Tnejn, 24 ta’ Marzu, li tibda wkoll fid-8.45pm.
Fl-iskwadra inizjali tiegħu, De Leo inkluda players stabbiliti flimkien ma’ għadd ta’ żgħażagħ u ġodda li ġejjin ukoll mill-BOV Challenge League, it-tieni livell tal-football Malti.
De Leo għażel żewġ players li riċentement ingħataw iċ-ċittadinanza Maltija, jiġifieri James Lee Carragher ta’ Wigan Athletic u Ilyas Chouaref, li jilgħab mal-club tal-ogħla diviżjoni Svizzera, FC Sion, u għaldaqstant, it-total ta’ numru ta’ players ibbażati barra barra minn xtutna, issa tela’ għal disgħa.
Il-koppja ta’ Hamrun Spartans, Steve Borg u Luke Montebello, li kienu neqsin fil-logħbiet internazzjonali ta’ Novembru li għadda minħabba injury, għamlu r-ritorn tagħhom fl-iskwadra.
Magħhom ingħaqdu l-kollegi żgħażagħ tal-istess team, Mattias Ellul u Sven Xerri, flimkien ma’ Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk), Jake Grech (Floriana), Bjorn Kristensen (Hibernians), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers) u Brandon Diego Paiber (Valletta). Id-difensur Zach Muscat, li issa qed jilgħab fit-Turkija, ġie msejjaħ ukoll fil-lista proviżojra ta’ De Leo.
L-iskwadra tinkludi wkoll ħames players ta’ Taħt il-21 sena. Minbarra Ellul u Xerri, hemm tliet uċuh ġodda oħra: Andrew (Andy) Borg (Gzira United), Jake Azzopardi (Valletta) u Isaiah Chukunyere (Hibernians). Żewġ żidiet oħra ġodda fl-iskwadra huma Mattia Veselji, li bħalissa qed jilgħab fis-Serbja, u Aleandro Garzia (Floriana).
Mil-lat negattiv, De Leo se jkollu jgħaddi mingħajr id-difensur ta’ Gzira United, Gabriel Bohrer Mentz, għax sospiż, filwaqt li Jurgen Degabriele (Hibernians), Kemar Reid (Birkirkara), Jodie Jones (Notts County), u Dylan Scicluna (Wolves) ma ġewx imsejħa minħabba li qed jirkupraw minn injuries.
L-iskwadra ta’ 37 player hija din:
Goalkeepers:
Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol - Moldova), Henry Bonello (Hamrun S.), Matthew Grech (Birkirkara).
Difensuri:
Myles Beerman, Jean Borg (Sliema Wanderers), Steve Borg. Ryan Camenzuli, Mattias Ellul, Sven Xerri (Hamrun S.), James Lee Carragher (Wigan Athletic FC - Ingilterra), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk), Aleandro Garzia, Carlo Zammit Lonardelli (Floriana), Neil Micallef (Birkirkara), Zach Muscat (Sanliurfaspor – Turkija), Enrico Pepe (Gzira U.), Kurt Shaw (Hibernians).
Midfielders:
Jake Azzopardi, Brandon Diego Paiber (Valletta), Andrew Borg (Gzira U.), Jake Grech, Dunstan Vella (Floriana), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna - Polonja), Bjorn Kristensen (Hibernians), Steven Pisani (Sliema W.), Alexander Satariano (Birkirkara).
Attakkanti:
Joseph E. Mbong, Luke Montebello (Hamrun Spartans), Isaiah Chukunyere (Hibernians), Paul Mbong (Birkirkara), Kyrian Nwoko (Sliema W.), Basil Tenywa Tuma (Reading U21 – Ingilterra), Mattia Veselji (FK Smederevo 1924 – Serbja), Tren. Chouaref Ilyas (FC Sion – Svizzera).