National Teams

Emilio De Leo jiffinalizza l-iskwadra ta’ 26 player għall-partiti kontra l-Finlandja u l-Polonja

Published: 16-03-2025 18:29
DSCF0062.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali, Emilio De Leo, iffinalizza l-iskwadra ta’ 26 player għall-partiti tar-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026. 

De Leo diġà kiteb l-istorja billi żamm id-disa’ players kollha li jilagħbu barra minn xtutna - l-ogħla numru li qatt ġie magħżul għat-team nazzjonali.

Malta se tibda l-kampanja tagħha minn Grupp G, b’partita f’darna kontra  l-Finlandja, nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu, 2025, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fit-8.45pm. 

Din il-partita timmarka wkoll id-debutt ta’ De Leo fit-tmun tat-team wara li ngħata din il-kariga, f’Jannar li għadda. 

Sussegwentement, Malta se tivvjaġġa lejn Varsavja biex nhar it-Tnejn, 24 ta’ Marzu, taffronta lill-Polonja, fi Stadion Narodowy, liema partita tibda wkoll fid-8.45pm. 

Fost l-uċuh ġodda, De Leo ddeċieda li jżomm lil Jake Azzopardi (Valletta) u lil Mattia Veselji (FK Smederevo 1924), hekk kif dawn iż-żewġ players ġew imsejħa għall-ewwel darba mal-iskwadra tal-kbar. 

Barra minn hekk, ġie msejjaħ ukoll James Sissons (Melita), goalkeeper imwieled fl-2007, bl-enfasi tal-impenn tiegħu biex jiġu żviluppati players żgħażagħ.

Dawn se jingħaqdu ma’ sħabhom, id- debuttanti James Carragher (Wigan Athletic) u Illyas Chouaref (Sion), biex tkompli tissaħħaħ l-iskwadra komposta minn talenti ġodda mħallta mal-esperjenza.  

L-iskwadra ta’ 26 player hija din:

Goalkeepers
Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol - MDA), Henry Bonello (Ħamrun  Spartans FC), James Sissons (Melita FC).

Difensuri
Myles Beerman (Sliema Wanderers FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Steve Borg (Ħamrun  Spartans FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), James Lee Carragher (Wigan Athletic FC - Ingilterra),  Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC), Zach Muscat (Sanliurfaspor – Turkija), Enrico Pepe (Gżira United FC), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana FC), Kurt Shaw (Hibernians FC).

Midfielders
Jake Azzopardi (Valletta FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna - Polonja), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Steven Pisani (Sliema Wanderers FC), Alexander Satariano (Birkirkara FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC - Franza).

Attakkanti
Joseph E. Mbong (Ħamrun Spartans FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Kyrian Nwoko (Sliema Wanderers FC), Basil Tenywa Tuma (Reading U21 – Ingilterra), Mattia Veselji (FK Smederevo 1924 – Serbja), Trent Anthony Buhagiar (Kapaz P.F.K. – Azerbaijan), Chouaref Ilyas (FC Sion – Svizzera).