National Teams

MALTA SSOFRI TELFA MINIMA KONTRA L-LATVJA F’PAJJIŻNA

Published: 18-11-2025 21:14
DSCF7376_3.jpg
DSCF7193_7.jpg
DSCF7276_9.jpg
DSCF7223_8.jpg
DSCF7625_4.jpg
DSCF7340_2.jpg
DSCF7799_1.jpg
This article is also available in English.

KWALIFIKAZZJONI TAL-KAMPJONAT EWROPEJ TA' TAĦT IL-21 SENA
18.11.2025
Centenary Stadium, Ta’ Qali

MALTA…0
LATVJA…1
(HT 0-0)

60’ Kevins Cēsnieks (LVA)

Malta sofriet telfa minima ta’ 1-0 kontra l-Latvja f’partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kamponat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena, nhar it-Tlieta.

Il-partita bdiet b’ritmu kwiet u kawt, biż-żewġ timijiet jippruvaw jimponu l-pussess tal-ballun, iżda kienu qed isibu diffikultà biex jagħmlu dan  fl-istadji bikrin.

Il-Latvja dehru ferm aktar perikolużi kmieni fil-logħba, u bdew jheddu l-lasta Maltija iżda ma rnexxilhomx jinkwetaw lil Karl Sargent.

Il-Latvja komplew joħolqu l-periklu u fil-24 minuta, Sargent kellu  jidħol fl-azzjoni meta xutt minn tarf il-kaxxa ġie mdawwar f’corner. 

Fis-26 minuta, Shaisen Attard kellu l-ewwel tentattiv importanti għal Malta meta rċieva mingħand Sven Xerri, sab l-isapzju u venven xutt li spiċċa għoli. 

Fit-30 minuta, Joshua Pitts ittestja lil Nikita Parfjonovs b’xutt mill-viċin iżda dan tal-aħħar salva faċilment. 

Sargent reġa’ kien imsejjaħ fid-39 minuta, minn tentattiv ta’ Valerijs Lizunovs iżda l-goalkeeper Malti salva b’mod intelliġenti. 

Ftit sekondi wara kellu jagħmel intervent ieħor, meta minn azzjoni ta’ free-kick Sargent salva daqqa ta’ ras. 

L-ewwel taqsima ntemmet bla goals biex xejn ma kien qed jifred liż-żewġ timijiet. 

It-tieni taqsima bdiet b’ritmu  għoli, biż-żewġ timijiet iżidu  l-intensità tal-logħba tagħhom. Il-Latvja kellhom l-ewwel opportunità ftit sekondi wara l-ftuħ, b’tentattiv akrobatiku li ġie salvat mill-aqwa minn Sargent.

Fil-52 minuta, il-ballun waqa’ għand Jake Azzopardi u għalkemm ipprova jimmira lejn ir-rokna tax-xibka, ix-xutt tiegħu kien wisq dgħajjef. 

Malta bdew jidhru dejjem aktar perikolużi, speċjalment bil-veloċità fuq il-faxex laterali. Fil-57 minuta, Pitts ġiegħel lil Parfjonovs iwettaq save parzjali bil-ballun jaqa’ għand Attard iżda x-xutt tiegħu spiċċa għoli. 

Minkejja l-pressjoni Maltija, kienu l-Latvja li marru fil-vantaġġ fis-60 minuta, wara corner li ma ġiex ikklerjat mid-difiża, bil-ballun jasal għand Kevins Cesnieks, li kien pront xeħet fix-xibka.

Malta ppruvat tirreaġixxi, u fis-67 minuta, wara xogħol eċċellenti ta’ Sven Xerri, il-ballun wasal għand Keyon Ewurum iżda x-xutt tiegħu ġie mdawwar f’corner.

Fis-73 minuta, Malta kellha ċans tad-deheb biex tikseb id-draw meta minn azzjoni ta’ free-kick il-ballun wasal għand Jake Vassallo, iżda t-tentattiv tiegħu għadda jħakkek mal-lasta permezz ta’ devjazzjoni.

Fl-84 minuta, il-Maltin spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Benjamin Hili meta ntwera karta ħamra diretta għal foul perikoluż.

Il-Latvja ppruvaw japprofittaw u, fid-89 minuta, laqtu l-lasta b’tentattiv minn Kristians Mezsargs.

Malta ppruvaw jagħmlu reazzjoni iżda ma setgħux jinfdu d-difiża kompatta tal-Latvja, biex il-partita ntemmet b’telfa minima għat-team Malti.

Malta
1 Karl Sargent (GK), 2 Sven Xerri, 5 Kean Scicluna (4 Jake Vassallo, 46’), 7 Shaisen Attard (14 Keyon Ewurum, 64’), 8 Lucas Caruana (21 Sean Gatt, 82’), 9 Basil Tuma, 16 Jake Micallef (C), 17 Jake Azzopardi, 18 Daniel Letherby (10 Jake Grech, 23’), 19 Benjamin Hili, 20 Joshua Pitts (22 Nicholas Agius, 64’)
Coach: Davide Mazzotta

Latvja
1 Nikita Parfjonovs (GK), 2 Maksims Semeško, 4 Kevins Cēsnieks (6 Ralfs Kragliks, 70’), 7 Gļebs Žaleiko, 8 Danny Anisjko (21 Roberts Bočs, 46’, 11 Emils Evelons, 90+1’), 9 Valerijs Lizunovs (17 Kristians Mezsargs, 70’), 10 Ivans Patrikejevs (C), 13 Glebs Mihalcovs, 14 Daniels Nosegbe-Suško, 20 Milāns Tihonovičs, 22 Markuss Strods
Coach: Jakub Dovalil

Referee: Mehmet Türkmen (TUR)

Karti Sofor: Maksims Semeško (LVA), Nicholas Agius (MLT), Sean Gatt (MLT), Nikita Parfjonovs (LVA)

Tkeċċa: Benjamin Hili (MLT)