National Teams
MALTA SSOFRI TELFA RISPETTABBLI KONTRA L-IRLANDA TA’ FUQ
Published: 09-10-2025 23:12








KWALIFIKAZZJONI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TA' TAĦT IL-21 SENA
09.10.2025
The Oval, Belfast
NORTHERN IRELAND…2
MALTA…0
(HT 2-0)
7’ Makenzie Kirk (NIR), 33’ Michael Forbes (NIR)
It-team Nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena sofra telfa ta’ 2-0 barra minn xtutna kontra l-Irlanda ta’ Fuq fit-tieni partita ta’ Kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, biż-żewġ goals fl-ewwel taqsima jkunu biżżejjed biex it-team ospitu jaċċerta mir-rebħa.
L-Irlanda ta’ Fuq bdew il-partita fuq l-offensiva u ma damux ma fetħu l-iskor meta, fis-seba’ minuta, Makenzie Kirk approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża Maltija u bir-ras xeħet fix-xibka.

Wara dan il-bidu diffiċli, il-players Maltin dehru li ssetiljaw u bdew jaqsmu l-logħob fejn dehru komdi bil-ballun kif ukoll mingħajru.
Iżda, fit-33 minuta, l-Irlandiżi rdoppjaw meta minn azzjoni ta’ corner, kien Michael Forbes li laħaq l-ewwel fuq il-ballun u b’nofs volley xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.
Fil-41 minuta, l-Irlanda ta’ Fuq kellhom ċans tad-deheb biex ikabbru l-vantaġġ meta l-ballun wasal għand Eoin Kenny, iżda l-volley tiegħu ġie salvat b’mod brillanti minn Hugo Sacco li dawwar f’corner.
Sal-mistrieħ, il-Maltin irreżistew il-pressjoni avversarja biex l-Irlandiżi daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ żewġ goals.
Fit-tieni taqsima, Malta ppruvat tieħu aktar kontroll tal-ballun, iżda kienet qed tbati mill-pressjoni kontinwa tal-Irlandiżi biex kienet diffiċli li joħorġu mill-qoxra difensiva tagħha.
Iżda eventwalment il-Maltin tjiebu u bdew jidhru aktar kunfidenti, b’passes preċiżi u sbieħ peró mingħajr ma heddew il-lasti tal-goalkeeper avversarju, Stephen McMullan.
It-team ospitu temm il-partita fuq nota b’saħħitha b’aktar pussess tal-ballun fejn Sacco ġie impenjat li kien dejjem attent.

U bil-Maltin jonqsu milli jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni, l-iskor sas-suffara finali ma nbidilx biex l-Irlandiżi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.
Il-partita li jmiss għal Malta hija kontra Georgia, fis-Centenary Stadium, nhar it-Tlieta 14 ta’ Ottubru, fis-7.00 pm.
Irlanda ta’ Fuq
1 Stephen McMullan (GK), 2 Conor Barr, 3 Jonathan Russell (18 Joseph Sheridan, 90’), 4 Darren Robinson (21 Broghan Sewell, 90’), 5 Michael Forbes (C), 6 Tommy Fogarty, 7 Shea Kearney, 8 Patrick Kelly (11 Ryan Donnelly, 80’), 9 Makenzie Kirk (19 Kieran Morrison, 80’), 10 Eoin Kenny, 15 Liam Mcstravick (14 Ceadach O’Neill, 71’)
Coach: Tommy Wright
Malta
12 Hugo Sacco (GK), 5 Sven Xerri, 7 Shaisen Attard, 8 Gabriel Vella (14 Ensell Attard, 80’), 10 Jake Grech, 11 Nathan Cross, 16 Jake Micallef (C), 17 Jake Azzopardi (6 Bjorn Buhagiar, 60’), 18 Daniel Letherby (22 Giuseppe Bonanno, 80’), 19 Benjamin Hili, 21 Sean Gatt (20 Kai Bartolo, 75’)
Coach: Davide Mazzotta
Referee: Alessandro Dudic (SUI)