National Teams

IL-COACH TAL-U/21 MAZZOTTA JIFFINALIZZA L-ISKWADRA MALTIJA GĦAL KONTRA L-GREĊJA VALIDA MILL-KAMPJONAT EWROPEW

Published: 06-09-2025 15:15
DSCF8196_1.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, iffinalizza l-iskwadra għall-partita mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew kontra l-Greċja. 

Dan il-konfront se jintlagħab nhar it-Tlieta li ġej, 9 ta’ Settembru, fis-Centenary Stadium, fis-7.00 pm. 

Din se tkun l-ewwel minn 10 logħbiet li t-team Malti se jilgħab fi Grupp F li jinkludi wkoll lil Georgia, il-Ġermanja, il-Latvja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Il-coach Mazzotta, inizjalment sejjaħ skwadra ta’ 27 player, iżda issa naqqasha għal 22. 

Basil Tuma u Alfie Bridgman, li kienu jifformaw parti mill-iskwadra, għadhom ma rkuprawx minn problemi fiżiċi u għalhekk se jibqgħu barra. 

Madankollu, it-team ġie msaħ­ħaħ bir-ritorn ta’ Jake Azzopardi u Keyon Ewurum, li għamlu d-debutt tagħhom mat-team nazzjonali tal-kbar. 

Din il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni se tkun l-ewwel waħda taħt it-tmexxija ta’ Mazzotta, u l-biljetti għall-logħba jistgħu jinxtraw minn hawn.

L-iskwadra finali ta’ 22 player hija:

Goalkeepers
Luca Camilleri (Zabbar St Patrick FC), Karl Sargent (Gzira United)

Difensuri
Deacon Abela (Gzira United), Nathan Cross (Birkirkara FC), Benjamin Hili (Balzan FC), Finley Ging (Boston United – Ingilterra), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Aiden Zammit (Hibernians FC), Sven Xerri (Hamrun Spartans FC)

Midfielders
Jake Azzopardi (Valletta FC), Andy Borg (Gzira United), Lucas Caruana (Hibernians FC), Antiago De Flavia (Floriana FC), Jake Grech (Balzan FC), Lucas Scicluna (Newcastle Jets – Awstralja)

Attakkanti
Nicholas Agius (Zabbar St Patrick FC), Ensell Attard (Marsaxlokk FC), Shaisen Attard (Hamrun Spartans FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra).