National Teams
IL-COACH DAVIDE MAZZOTTA JĦABBAR L-ISKWADRA TA’ 27 PLAYER GĦALL-EWWEL PARTITA TAL-KWALIFIKI TAL-EURO U21
Published: 28-08-2025 18:13
Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzota, sejjaħ skwadra ta’ 27 player għall-ewwel logħba tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew kontra l-Greċja.
It-team Malti se jiffaċċja lill-Greċja, nhar it-Tlieta, 9 ta’ Settembru, fis-Centenary Stadium, fis-7.00pm.
Din se tkun l-ewwel minn 10 logħbiet li t-team nazzjonali se jilgħab fi Grupp F, fejn se jiffaċċja wkoll lil Georgia, lill-Ġermanja, lil-Latvja u lill-Irlanda ta’ Fuq.
It-team ġej minn perjodu internazzjonali produttiv f’Ġunju, fejn Malta rreġistrat żewġ rebħiet konsekuttivi barra minn xtutna f’logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali kontra San Marino. Il-vjaġġ ippermetta lit-team żagħżugħ ikompli jikber, kemm f’termini ta’ kemistrija tat-team kif ukoll f’termini ta’ prestazzjonijiet fil-ground.
Din il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, se tkun l-ewwel waħda li t-team se jkollu taħt it-tmexxija tal-coach Mazzotta. Il-biljetti għal-logħba huma disponibbli u aktar dettalji jistgħu jinsabu hawn.
L-iskwadra proviżorja ta’ 27 player magħżula mill-coach Mazzotta hija din:
Goalkeepers
Luca Camilleri (Zabbar St Patrick FC), Karl Sargent (Gzira United), Liam Frendo (Valletta FC), Jake Scicluna (Marsa FC)
Difensuri
Deacon Abela (Gzira United), Nathan Cross (Birkirkara FC), Benjamin Hili (Balzan FC), Finley Ging (Boston United – Ingilterra), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Aiden Zammit (Hibernians FC), Sven Xerri (Hamrun Spartans FC)
Midfielders
Giuseppe Bonanno (Naxxar Lions FC), Andy Borg (Gzira United), Lucas Caruana (Hibernians FC), Antiago De Flavia (Floriana FC), Jake Grech (Balzan FC), Lucas Scicluna (Newcastle Jets – AUS)
Attakkanti
Nicholas Agius (Zabbar St Patrick FC), Ensell Attard (Marsaxlokk FC), Shaisen Attard (Hamrun Spartans FC), Kian Leonardi (Swieqi United), Alfie Bridgman (Larne FC – NIR), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra), Trezeguet Zammit (Sirens FC – Ingilterra), Basil Tuma (Reading FC – Ingilterra)