National Teams

IL-MALTIN ISOFRU GOALS FIT-TIENI TAQSIMA KONTRA L-ĠERMANJA

Published: 14-11-2025 20:23
DFB_U21_GERMLT-GEOGER_14112025_00633_3.jpg
Germany vs Malta U21 - 14.11.2025 - Team Photo.jpg
DFB_U21_GERMLT-GEOGER_14112025_00623_5.jpg
DFB_U21_GERMLT-GEOGER_14112025_00608 (1)_1.jpg
DFB_U21_GERMLT-GEOGER_14112025_00619_2.jpg
This article is also available in English.

Ritratti ta' Malta FA u Thomas Boecker/DFB

KWALIFIKAZZJONI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TA' TAĦT IL-21 SENA
14.11.2025
Sportpark Ronhof Thomas Sommer, Fürth, Germany

ĠERMANJA…6
MALTA…0
(HT 2-0)

Nhar il-Ġimgħa, it-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena safa megħlub mill-Ġermanja bl-iskor ta’ 6-0, minkejja wirja qalbiena, fi Sportpark Ronhof Thomas Sommer, bl-avversarji wrew li kienu wisq b’saħħithom għat-team immexxi mill-coach, Davide Mazzotta.

Fil-ħames minuta, il-Ġermanja resqu viċin li jiftħu l-iskor hekk kif il-ballun wasal għand Mert Komur fil-kaxxa, iżda x-xutt tiegħu ġie salvat b’mod brillanti minn Karl Sargent.

Ftit minuti wara, hekk kif Malta bdiet tidħol aktar fil-logħba, il-Ġermaniżi fetħu l-iskor.  Tom Bischof għamel ġirja min-nofs il-ground, avvanza qabel ma xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Fis-16-il minuta, it-team ospitu resaq viċin li jirdoppja iżda Aljoscha Kemlein ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Sargent. 

Minkejja l-pressjoni Ġermaniża, il-Maltin dehru komdi fuq il-ballun u fis-17-il minuta, Andrew Borg għadda l-ballun lejn Shaisen Attard, iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat.

Malta rnexxielha żżomm lill-Ġermanja ’l barra mill-kaxxa għal partijiet kbar tal-ewwel taqsima fejn il-players Maltin bdew jimblukkaw kull spazju.

Iżda mal-inqas ċans il-Ġermaniżi rduppjaw meta Karl Lennart irċieva l-ballun, sab l-ispazju qabel ma xeħet il-ballun fix-xibka.  

Il-Ġermanja komplew jippressaw iżda d-difiża Maltija baqgħet kompatta biex it-taqsima għalqet bl-iskor ta’ 2-0. 

Fit-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu aktar avventurużi u bdew jissieltu għal kull ballun. Fil-51 minuta, passaġġ eċċellenti minn Jake Azzopardi sab lil Keyon Ewurum, li wara li daħal fil-kaxxa xeħet lejn Jake Grech, iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat.

Madankollu, il-Ġermanja baqgħu jippressaw u saħansitra laqtu l-lasta. Fil-53 minuta, Sargent reġa’ kellu jagħmel intervent doppju mill-aqwa biex ċaħħad lill-avversarji mit-tielet goal.

Ritratti ta' Thomas Boecker/DFB

Iżda, fit-63 minuta, il-Ġermaniżi skorjaw it-tielet goal minn Bischof b’xutt mid-distanza. U ftit sekondi wara, l-istess Bischof, għamilhom erbgħa b’xutt fil-baxx li spiċċa fir-rokna tax-xibka. Fis-67 minuta, Lennart żied ieħor b’xutt li ħareġ minn siequ x-xellugija. 

Malta ippruvat tagħmel reazzjoni u fis-68 minuta Basil Tuma ħarab waħdu, iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn Mio Backhaus li dawwar għal corner.

Tuma baqa’ jkun theddida u fis-77 minuta, u temm azzjoni personali b’xutt minn pożizzjoni angolata li spiċċa fuq in-naħa ta’ barra tax-xibka.

Fis-81 minuta, Tuma għadda l-ballun lejn Sean Gatt iżda bir-ras ma rnexxielhux jinkwadra l-lasta.

U ħames minuti wara, il-Ġermanja skorjaw is-sitt goal permezz ta’ Muhammed Damarli x-xutt tiegħu ġie devjat għal ġox-xibka. 

Minkejja dan ir-riżultat, il-Maltin baqgħu juru l-ispirtu kumbattiv iżda l-avversarji kienu wisq b’saħħithom.

Malta terġa’ tkun fl-azzjoni, nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru, meta se tilgħab kontra l-Latvja fiċ-Centenary Stadium, fis-7.00 pm

Ġermanja
12 Mio Backhaus (GK), 3 Lukas Ullrich, 4 Finn Jeltsch (7 Anton Kade, 66’), 5 Nnamdi Collins, 6 Tom Bischof (C), 9 Nicolo Tresoldi (11 Nelson Weiper, 66’), 15 Joshua Quarshie, 16 Aljoscha Kemlein (10 Muhammed Damar, 66’), 18 Mert Kömür (17 Arijon Ibrahimovic, 78’), 20 Ilyas Ansah (19 Dzenan Pejcinovic, 66’), 21 Karl Lennart
Coach: Antonio Di Salvo

Malta
1 Karl Sargent (GK), 4 Jake Vassallo, 5 Kean Scicluna, 6 Andrew Borg (18 Daniel Letherby, 71’), 7 Shaisen Attard (21 Sean Gatt, 78’), 9 Basil Tuma (11 Nathan Cross, 83’), 10 Jake Grech (8 Lucas Caruana, 71’), 14 Keyon Ewurum (20 Joshua Pitts, 71’), 16 Jake Micallef (C), 17 Jake Azzopardi, 18 Benjamin Hili
Coach: Davide Mazzotta

 

Referee: David Fuxman (ISR)

 

Karti Sofor: Finn Jeltsch (GER), Basil Tuma (MLT), Benjamin Hili (MLT), Jake Vassallo (MLT), Daniel Letherby (MLT)