National Teams
IT-TEAM MALTI TA’ TAĦT IL-21 SENA JĊEDI QUDDIEM IL-QAWWA TA’ GEORGIA
Published: 14-10-2025 21:54







KWALIFIKAZZJONI TAL-KAMPJONAT EWROPEJ TA' TAĦT IL-21 SENA
14.10.2025
Centenary Stadium, Ta’ Qali
MALTA…0
GEORGIA…5
(HT 0-2)
37’ Saba Kharebashvili (GEO), 44’ Nikoloz Dadiani (GEO), 68’ Giorgi Tabatadze (GEO), 71’ Aleksandre Narimanidze (GEO), 81’ Aleko Basiladze (GEO)
Minkejja li wera reżiljenza u qlubija, it-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena, ma setax ilaħħaq mal-qawwa ta’ Georgia, hekk kif dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0 fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, liema partita ntlagħbet fis-Centenary Stadium.
Georgia mill-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u fit-tieni minuta minn azzjoni ta’ corner, il-goalkeeper James Sissons, dawwar f’corner daqqa ta’ ras perikoluża.
Eventwalment, il-Maltin daħlu fil-partita u saħansitra bdew jaqsmu l-logħob mal-avversarji.
Fil-31 minuta, Keyon Ewurum daħal fil-kaxxa mil-lemin iżda x-xutt tiegħu ġie mdawwar f’corner.
Fit-33 minuta, minn azzjoni ta’ corner, Jake Azzopardi għadda lejn Basil Tuma li falla l-mira bil-ballun jintemm barra.
Ftit sekondi wara, Georgia resqu viċin li jiftħu l-iskor, meta Luka Tsulukidze sab l-ispazju fuq ix-xellug iżda x-xutt tiegħu ħabat mal-wieqfa bil-Maltin itajru kulll periklu.

Iżda fis-37 minuta, il-viżitaturi fetħu l-iskor meta f’kontrattakk veloċi, il-ballun wasal għand Saba Kharebashvili, li approfitta u b’James Sissons joħroġ barra minn postu, immira lejn ir-rokna tax-xibka.
Malta ppruvat tagħmel reazzjoni u fid-39 minuta Shaisen Attard sab l-ispazju f’tarf il-kaxxa qabel fajjar xutt qawwi, li iżda, falla l-mira.
Fl-44 minuta, Georgia rduppjaw, hekk kif Nikoloz Dadiani evita lid-difensuri Maltin qabel ma venven xutt li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.
Fit-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu aktar avventurużi u fil-61 minuta, Basil Tuma approfitta minn pass lura qasir mid-difiża ta’ Georgia lejn il-goalkeeper Mikheil Makatsaria, iżda l-konklużjoni tiegħu spiċċat barra.
Madankollu, fit-68 minuta, Georgia kompliet tkabbar l-iskor meta Giorgi Tabatadze rċieva l-ballun barra l-kaxxa u xeħet xutt b’saħħtu għar-rokna tas-saqaf tax-xibka.
Dan kien segwit mir-raba’ goal, din id-darba b’Aleksandre Narimanidze jitfa’ fix-xibka bir-ras minn azzjoni ta’ corner.
Fil-81 minuta, l-avversarji tagħna ssiġillaw ir-rebħa meta Aleko Basiladze daħal għal through pass u minn pożizzjoni agolata xeħet il-ballun fix-xibka.
Minkejja li l-Maltin ippruvaw jagħmlu reazzjoni, huma ma setgħux jiskorjaw il-goal ta’ konsolazzjoni, b’Georgia joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0.
Malta
23 James Sissons (GK), 2 Finley Ging (5 Sven Xerri, 46’), 7 Shaisen Attard, 10 Jake Grech (11 Nathan Cross, 46’), 13 Kean Scicluna, 14 Keyon Ewurum, 15 Andrew Borg (6 Bjorn Buhagiar, 90+1’), 16 Jake Micallef (K), 17 Jake Azzopardi, 19 Benjamin Hili, 20 Basil Tuma
Coach: Davide Mazzotta
Georgia
1 Mikheil Makatsaria (GK), 3 Dato Bukia, 4 Aleksandre Narimanidze, 5 Saba Kharebashvili, 7 Luka Tsulukidze (6 Dachi Lordkipanidze, 76’), 8 Irakli Egoyan, 9 Diego Deisadze (11 David Gotsiridze, 69’), 15 Luka Latsabidze (K), 18 Gurami Japaridze (14 Aleko Basiladze, 76’), 20 Nikoloz Dadiani, 21 Giorgi Tabatadze (22 Luka Parkadze, 69’)
Coach: Ramaz Svanadze
Referee: Johann Ingi Jonsson (ISL)
Karti sofor: Jake Grech (MLT), Keyon Ewurum (MLT), Aleksandre Narimanidze (GEO), Benjamin Hili (MLT), Andrew Borg (MLT), Diego Deisadze (GEO)