National Teams
ATTARD ISEJJAĦ SKWADRA PROVIŻORJA GĦALL-KWALIFIKI TAL-KAMPJONAT EWROPEW
Published: 19-11-2025 11:17
Il-coach nazzjonali tan-nisa ta’ Taħt id-19-il sena, David Attard, ħabbar skwadra proviżorja ta’ 22 player għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew li se jsiru fil-jiem li ġejjin.
Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp 6 ta’ League B, flimkien mal-Latvja, l-Iżrael u l-Kazakhstan. It-team ta’ Attard se jilgħab tliet logħbiet fis-Centenary hekk kif it-team qed ifittex li jkompli l-iżvilupp tiegħu. Il-logħbiet ha jixxandru live fuq il-YouTube channel tal-Malta FA.
It-team ġej minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali kontra l-Libanu x-xahar li għadda. Matul dawk il-logħbiet, il-Libanu rebħu 4-2 fl-ewwel logħba, iżda t-tieni partita spiċċat fi draw ta’ 1-1.
Minkejja r-riżultati, il-logħbiet servew bħala tħejjija kbira għal-logħbiet tar-round ta’ kwalifikazzjoni.
L-ewwel logħba ta’ Malta se tkun kontra l-Latvja, nhar it-Tlieta 25 ta’ Novembru, fil-11.00 am. Wara dan, Malta se tilgħab kontra l-Iżrael, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru, fis-2.30pm. L-aħħar logħba ta’ Malta mill-grupp se tara lit-team jaffronta lill-Kazakstan nhar it-Tnejn 1 ta’ Diċembru, u tibda fil-11.00 am.
L-iskwadra ta’ 22 plejer magħżula hija din:
Goalkeepers
Erika Muscat (Swieqi United), Maya Muscat (Hibernians FC), Julia Maria Zarb (Birkirkara FC)
Difensuri
Lara May Azzopardi (Birkirkara FC), Francesca Bartolo (Hibernians FC), Amber Galea (Hibernians FC), Maia Gauci (Birkirkara FC), Somaya Muscat (Valletta FC), Thea Ida Scicluna (Swieqi United)
Midfielders
Lexine Farrugia (AS Roma – ITA), Shana Farrugia (Hibernians FC), Suzanne Farrugia Sacco (Hibernians FC), Emma Sophia Flannery (Albion SC Las Vegas – Stati Uniti), Stella Francalanza (Birkirkara FC), Shannen Mallia (Swieqi United), Ema Micallef (Swieqi United)
Attakkanti
Nilayza Attard (San Gwann FC), Lisa Calleja (Hibernians FC), Nyorah Celeste (Hibernians FC), Crista Chetcuti Ganado (Leicester City – Ingilterra), Angele Fenech (Lija Mgarr FC), Thais Muscat (San Gwann FC)