National Teams

IT-TEAM TAT-TFAJLIET U19 ITEMM FI DRAW KONTRA L-LIBANU FIT-TIENI LOGĦBA TA’ ĦBIBERIJA INTERNAZZJONALI

Published: 24-10-2025 17:18
Malta WU19 vs Lebanon 2 (1)_14.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (2)_12.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (3)_13.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (7)_8.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (8)_6.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (9)_7.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (10)_5.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (11)_4.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (4)_9.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (5)_10.jpg
Malta WU19 vs Lebanon 2 (12)_3.jpg
This article is also available in English.

LOGĦBA TA' ĦBIBERIJA TAN-NISA TA' TAĦT ID-19-IL SENA
24.10.2025
Centenary Stadium, Ta’ Qali

MALTA…1
LIBANU…1
(HT 1-1)

12’ Nyorah Celeste (MLT), 22’ Maryam Lazkani (LEB)

It-Tim Nazzjonali tan-Nisa Taħt il-19 sena kien sfortunat li spiċċa fi draw ta’ 1-1 kontra l-Libanu fit-tieni minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar, minkejja li kellu l-aktar ċansijiet ta’ skor.

Malta bdiet b’saħħitha, ikkontrollat il-logħob f’nofs il-ground, u dehret partikolarment perikoluża fl-attakk. Fl-ewwel 10 minuti, il-players tagħna kellhom żewġ opportunitajiet tajbin biex jiftħu l-iskor – l-ewwel meta Emma Flannery sabet lil Nyorah Celeste, iżda x-xutt tagħha spiċċa barra, filwaqt li Lexine Farrugia ippruvat lob tajjeb li ġie salvat  minn Marcelle Skaiki.

Malta fetħet l-iskor fit-12-il minuta, wara free-kick mogħti tajjeb li sab lil Nyorah Celeste, li b’azzjoni personali xeħtet il-ballun fix-xibka. 

Madankollu, il-vantaġġ ta’ Malta dam biss 10 minuti, hekk kif il-Libanu kienu kemmxejn fortunati meta l-ballun spiċċa f’saqajn Maryam Lazkani li mill-viċin kisbet id-draw. 

Iżda minkejja li l-Maltin sofrew dan il-goal, il-Maltin baqgħu kunfidenti u fit-35 minuta Farrugia sabet l-ispazju u fajret xutt li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Libanu. 

Lejn tmiem l-ewwel taqsima, il-Maltin kellhom opportunitá tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ  meta Suzanne Farrugia Stafrace xeħtet cross insidjuż fil-kaxxa, iżda Crista Chetcuti Ganado ma laqtitx tajjeb il-ballun biex iċ-ċans inħela.

Fit-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu aktar avventurużi hekk kif gawdew l-aktar mill-pussess tal-ballun. 

Fis-60 minuta, Chetcuti Ganado qabżet lill-avversarja diretta tagħha f’nofs il-ground, avvanzat iżda l-konklużjoni tagħha falliet il-mira. 

Il-Maltin baqgħu perikolużi u fit-68 minuta, Farrugia għaddiet ballun perfett lil Celeste, iżda din ma rnexxilhiex tegħleb lil Skaiki li ħarġet timblokka.

Fl-84 minuta, Malta kellha opportunità oħra tad-deheb biex tmur fil-vantaġġ meta Farrugia għamlet ġirja brillanti fuq ix-xellug u għaddiet lejn Flannery, iżda x-xutt tagħha intemm ftit barra. Ftit wara, Chetcuti Ganado xeħtet cross tajjeb lejn Alys Wilson, iżda t-tentattiv tagħha spiċċa ferm għoli.

Minkejja l-isforzi kollha tagħhom għall-goal tar-rebħa, il-Maltin ma rnexxielhomx isibu x-xibka avversarja.

Malta
1 Maya Muscat (GK), 5 Francesca Bartolo, 4 Amber Galea, 3 Lara May Azzopardi, 11 Rowen Crawshaw, 6 Emma Flannery, 14 Caitlyn Turner, 22 Suzanne Farrugia Sacco (2 Alys Wilson, 80’), 10 Nyorah Celeste, 20 Crista Chetcuti Ganado, 7 Lexine Farrugia (C)

Coach: David Attard

Lebanon
22 Marcelle Skaiki (GK), 4 Haya Najjad, 2 Ayana Rezkallah, 14 Lynn Moutran, 11 Sara Fakih, 10 Cecile Iskandar (C), 18 Paula Karam (7 Sherine Hasno, 46’), 8 Gianna Franjieh, 19 Luna Khazem (20 Sarah Issa, 68’), 9 Maryam Lazkani (17 Caren Serhal, 89’), 12 Gabriella Danielle (6 Celine Bittar, 46’)
Coach: Francois Dahdah

Referee: Paula Buttigieg

Yellow cards: Sherine Hasno, Cecile Iskandar (LEB)