National Teams

Imħabbra l-iskwadra ta' 28 player qabel il-logħob ta' ħbiberija ta' Novembru

Published: 11-11-2022 12:30
DA_0M7A5268.jpg
This article is also available in English.

Il-kowċ interim Gilbert Agius u l-assistenti tiegħu Davide Mazzotta u Alessandro Zinnari ħabbru skwadra ta’ 28 plejer għal-logħob ta’ ħbiberija li t-team għandu f’Novembru. Malta għandha tilgħab kontra l-Greċja fis-17 ta’ Novembru u erbat ijiem wara tiffaċċja lill-Irlanda f’partita oħra ta’ ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali.

L-iskwadra ġiet żvelata nhar il-Ġimgħa qabel il-plejers jaslu għall-kamp ta’ taħriġ nhar it-Tnejn filgħodu wara l-partiti tal-league domestiku ta’ dan il-weekend.

L-attakkant ta’ Floriana Kyrian Nwoko u l-goalkeeper ta’ Sliema Wanderers Rashed Al Tumi reġgħu ġew inklużi wara li kien ilhom nieqsa għal ammont ta’ żmien. Naraw ukoll ir-ritorn ta’ Luke Gambin ta’ Sutton United, Karl Micallef ta’ Gudja United, u d-duo ta’ Hibernians Kurt Shaw u Dunstan Vella. Juan Corbalan ta’ Ħamrun Spartans u Steven Pisani ta’ Gżira wkoll reġgħu ġew inklużi fil-lista wara li tilfu l-aħħar ħarġiet tat-Tim Nazzjonali.

L-għażla tinkludi grupp b’taħlita ta’ żgħażagħ u oħrajn b’esperjenza, b’5 plejers imwielda fl-2000 jew wara. Il-kowċ semma 3 goalkeepers, 7 difensuri, 9 midfielders u 9 attakkanti fil-grupp tiegħu.

Il-lista hija kif ġej:

Goalkeepers 
Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), Jake Galea (Ettelbruck - LUX), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC).

Defenders
Ferdinando Apap (Hibernians FC), Jean Borg (Valletta FC), Steve Borg (Ħamrun Spartans FC), Karl Micallef (Gudja United FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara FC).

Midfielders
Juan Corbalan (Ħamrun Spartans FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), Steven Pisani (Gżira United FC), Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Adam Magri Overend (Floriana FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise – BEL), Dunstan Vella (Hibernians FC).

Forwards
Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Shaun Dimech (Valletta FC), Luke Gambin (Sutton United FC - ENG), Jodi Felice Jones (Oxford United FC – ENG), Joseph Essien Mbong (Kiryat Shmona – ISR), Paul Mbong (Birkirkara FC), Luke Montebello (Ħamrun Spartans FC), Kyrian Nwoko (Floriana), Alexander Satariano (Balzan FC).