National Teams

IMĦABBRA SKWADRA TA’ 25 PLAYER GĦALL-KWALIFIKI TAL-KAMPJONAT EWROPEW U19

Published: 07-11-2025 17:20
DSCF0935.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena, Vasco Regini, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 25 plejer għal-logħbiet li ġejjin tal-ewwel round tal-UEFA Euro U19 – li se jsiru matul il-ġimgħa li ġejja.

Malta, li se tospita l-grupp, se tilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq, iċ-Ċekja, u l-Azerbaijan fis-Centenary Stadium, Ta’ Qali.

L-ewwel logħba se tkun kontra l-Irlanda ta’ Fuq nhar l-Erbgħa 12 ta’ Novembru, fil-11.00 am. Din imbagħad se tkun segwita minn logħba kontra ċ-Ċekja nhar is-Sibt 15 ta’ Novembru, fil-11.00 am ukoll. Il-kampanja ta’ Malta  tintemm nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru,  bil-logħba finali kontra l-Azerbaijan, li tibda fil-11.00 am.

Taħt it-tmexxija ta’ Regini, it-team żagħżugħ, se jkun qed ifittex li jkompli l-iżvilupp tiegħu u jikseb aktar esperjenza fix-xena internazzjonali.

L-iskwadra proviżorja ta’ 25 player imħabbra minn Regini hija:

Goalkeepers
James Sissons (Chesterfield FC – Ingilterra), Carlos Camilleri (Hibernians FC), Miguel Camilleri (Hamrun Spartans FC), Adam Newell (Pietà Hotspurs FC)

Difensuri
Drew Randy Sinclair Sammut (Edinburgh FC – Skozja), Nathan Joyce (Floriana FC), George Grima (Melita FC), Aidan Agius (Mosta FC), Ben Gaerty (St Andrews FC), Sheldon Borg (Pietà Hotspurs FC), Shaun Xiberras (Pietà Hotspurs FC), Malik Marwan Amin (Marconi Stallions FC – Awstralja), Jayden Vella (Pietà Hotspurs FC)

Midfielders
Thomas Melillo (Valletta FC), Dejan Farrugia (Floriana FC), Luke Bugeja (Pietà Hotspurs FC), Jack Camilleri (St Andrews FC), Liam Micallef (Zabbar St Patrick FC), Andreas Vella (Melita FC)

Attakkanti
Jake Borg (Pietà Hotspurs FC), Kai Giyan Bartolo (Wealdstone FC – Ingilterra), Emerson Piscopo (Floriana FC), Lyon Abela (Hibernians FC), Nathan Zerafa (Floriana FC), Denzil Muscat (Hibernians FC)