National Teams

Imsejħa l-iskwadra ta' 23 player ta' taħt il-21 sena għal-logħbiet kontra San Marino

Published: 02-06-2025 16:40
Malta Vs Estonia U21 25_1 (1).jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 23 player għal-logħba ta’ ħbiberija internazzjonali  kontra San Marino.

It-team żagħżugħ Malti se jivvjaġġa lejn San Marino nhar it-Tlieta.

L-ewwel partita bejn iż-żewġ timijiet se tintlagħab nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju, fi Stadio  Ezio Conti di Dogana, fis-6.00 pm.

Imbagħad it-tieni konfront se jintlagħab nhar is-Sibt, 7 ta’ Ġunju, fil-Campo do Acquaviva, fl-istess ħin. 

Iż-żewġ logħbiet se jkunu t-tieni sett ta’ logħbiet internazzjonali taħt ir-responsabbiltá ta’ Mazzotta, wara d-draw ta’ 1-1 kontra l-Estonja, f’Marzu li għadda.  

Iż-żewġ logħbiet se jkunu vitali biex jgħinu lit-team żagħżugħ jikseb aktar esperjenza internazzjonali, speċjalment qabel ir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, li se jingħata bidu f’Settembru li ġej meta nilagħbu l-ewwel partita f’darna kontra l-Greċja. 

Inizjalment, Mazzotta sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 28 player, iżda wara analiżi mill-qrib matul dawn l-aħħar ġimgħat, huwa għamel l-għażla finali għal-logħbiet kontra San Marino. 

L-iskwadra tinkludi numru ta’ players ibbażati barra l-pajjiż, li jenfasizza kif il-players Maltin qed jiksbu aktar opportunitajiet biex jilagħbu barra minn xtutna.

L-iskwadra ta’ 23 player hija:

Goalkeepers
Luca Camilleri (Zabbar St Patrick FC), Karl Sargent (Birkirkara FC), Hugo Sacco (Hibernians FC)

Difensuri
Malik Amin (Sydney FC – Awstralja), Nathan Cross (Birkirkara FC), Mattias Ellul (Hamrun Spartans FC), Finley Ging (Boston United – Ingilterra), Benjamin Hili (Balzan FC), Kean Scicluna (Hamrun Spartans FC), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Tristan Viviani (San Diego – Stati Uniti) Sven Xerri (Hamrun Spartans FC)

Midfielders
Andrew Borg (Gzira United), Antiago De Flavia (Floriana FC), Jake Grech (Balzan FC), Daniel Letherby (Hamrun Spartans FC)

Attakkanti
Nicholas Agius (Birkirkara FC), Alfie Bridgman (Fareham Town FC – Ingilterra), Brooklyn Borg (Gzira United), Isaiah Chukunyere (Hibernians FC), Zak Barbara (Valletta FC), Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra), Gunner Elliott (Chesterfield FC – Ingilterra)