National Teams
IMSEJĦA L-ISKWADRA TA’ 12-IL PLAYER GĦALL-EURO BEACH SOCCER LEAGUE PROMOTION FINAL
Published: 09-09-2025 14:20
Il-coach nazzjonali tal-Beach Soccer, Marco Casarsa, sejjaħ skwadra ta’ 12-il player qabel il-Finali tal-Promozzjoni tal-Euro Beach Soccer League.
It-team Malti kiseb post fil-Finali tal-Promozzjoni wara wirjiet impressjonanti fid-Diviżjoni B tal-Euro Beach Soccer League f’Castellammare di Stabia, f’Lulju li għadda, fejn spiċċa fit-tielet post wara l-ewwel rebħa storika fil-kompetizzjoni kontra n-Norveġja.
Għalkemm dan kien segwit minn żewġ telfiet kontra r-Rumanija u l-Kazakhstan, it-team wera prestazzjonijiet formidabbli matul dawn il-logħbiet.
Għaldaqstant, Malta se tilgħab issa fil-Finali tal-Promozzjoni fi Viareggio, l-Italja, b’opportunità li tikseb promozzjoni għad-Diviżjoni A tal-kompetizzjoni. L-ewwel Malta se tiffaċċja lil Kazakhstan nhar l-Erbgħa 10 ta’ Settembru, fis-12.45 pm. Din se tkun segwita minn logħba oħra kontra r-Rumanija, nhar il-Ħamis 11 ta’ Settembru, fis-12.45 pm ukoll.
It-12-il player imsejħa mill-coach Casarsa huma:
Goalkeepers – Brandon Muscat, Jonathan Grech
Outfield Players – Brandon Lee Bray, Jeremy Cassar, Saturday Nanapere, Karl Caruana, Giuseppe Barone, Lee Joe Schembri, Nezar Fawzi Abuaisha, Matthew Agius, Ryan Dalli, Claudio Venuto