Iff
The next Regions Girls Open Day to be held on July 14
Published: 29-05-2023 10:59
Għat-tieni sena konsekuttiva, id-Dipartiment tan-nisa tal-Malta FA fi ħdan il-Fondazzoni Inħobb il-Football se torganizza Regions Girls Open Day.
L-attività se ssir fl-14 ta' Lulju fil-Ground ta' Ħaż-Żabbar li huwa parti mill-Kunsill Reġjonali Port, li huwa r-reġjun li ngħaqad l-aħħar f'din l-inizjattiva.
L-Open Day hija miftuħa għall-bniet li l-età tagħhom hija bejn it-8 u l-11-il sena, u li joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet:
- Birgu
- Bormla
- Fgura
- Floriana
- Isla
- Kalkara
- Paola
- Tarxien
- Valletta
- Xgħajra
- Ħaż-Żabbar