Iff

Jaslu fi tmiemhom it-tournaments tal-bniet ta' taħt il-15-il sena msejħa School Olympics

Published: 22-05-2023 09:22
20230509 MFA u15 Tournament (61).jpg
20230509 MFA u15 Tournament (80).jpg
This article is also available in English.

Aktar minn 60 tifla minn sitt skejjel inġabru fil-ground tal-Istitut San Ġużepp aktar kmieni dan ix-xahar biex jieħdu sehem f’Tournament tal-Bniet ta’ taħt il-15-il sena bl-isem ta’ School Olympics.  Dan it-tournament kien organizzat mid-Dipartiment tal-Football tan-Nisa fi ħdan il-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol, ​​u l-Kumitat Olimpiku Malti.

It-tournament ra l-parteċipazzjoni ta’ timijiet mill-iskejjel ta’:

  • L-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Maria Reġina (Ex Lily of the Valley)
  • L-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Maria Reġina taż-Żokrija
  • L-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Klara (Pembroke)
  • St Catherine’s School
  • St Dorothy’s School
  • St Monica School, Gżira

It-Tournamenti tal-Bniet ta’ taħt il-15-il sena kienu introdotti dan l-istaġun biex jippromwovu aktar il-football tan-nisa kif ukoll il-benefiċċji li wieħed jipprattika l-isport speċjalment l-istudenti tal-iskejjel sekondarji. L-avveniment ta’ dan ix-xahar, mirbuħ mit-tim tal-Iskola St Dorothy, kien it-tielet u l-aħħar wieħed għall-istaġun 2022-23 bit-tournaments preċedenti saru f’Diċembru u Mejju.

Bħal fil-festivals riċenti, it-tfajliet parteċipanti ngħataw materjal ta’ informazzjoni dwar il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena tal-UEFA, li se jsir f’Malta mit-3 sas-16 ta’ Lulju, 2023.

It-twessiegħ tal-football tan-nisa huwa prijorità għall-Malta FA u għal dan il-għan, reċentement tnieda stħarriġ pubbliku bħala parti mill-proċess li għaddej biex tiġi żviluppata strateġija ġdida għall-football tan-nisa f’Malta.  Wieħed jista' jimla s-survey billi jmur fil-ħolqa - https://bit.ly/41DxSp2

Peress li r-rispons għal dawn it-tournaments kien wieħed pożittiv ħafna, il-pjan hu li din l-inizjattiva titkompla fis-sena skolastika li ġejja.  L-iskejjel li jixtiequ jipparteċipaw f'dawn it-tournaments matul is-sena skolastika 2023-24 jistgħu jibagħtu email fuq footballgirls@iff.mt