General

Organizzat Female Grassroots Leaders Course għal ewwel darba

Published: 24-08-2022 11:30
Pathway women grassroots course_0883.jpg
Pathway women grassroots course_0841.jpg
Pathway women grassroots course_0867 (1).jpg
This article is also available in English.

Ix-xahar ta’ Awwissu kien wieħed  impenjattiv ħafna għad-Dipartiment tal-Coaching Education tal-Malta FA b’kors ieħor li ġie organizzat fl-aħħar jiem.

F’dan l-ewwel Female Grassroots Leaders Course qed jieħdu sehem 24 parteċipant fuq medda ta' tliet ijiem – bejn l-24 u s-26 ta' Awwissu.

Id-Dipartiment tal-Coaching Education tal-Malta FA flimkien mad-Dipartiment tal-Football tan-Nisa ħassew il-bżonn li jorganizzaw kors speċifiku għan-nisa. L-għan huwa li jkun hemm aktar coaches nisa liċenzjati f’Malta.

Dan il-kors huwa l-ewwel pass fil-Coach Education Pathway tal-Malta FA u huwa introduzzjoni bażika għall-coaching tal-football taż-żgħażagħ immirat għal persuni li bħalissa qed jikkowċjaw team tal-grassroots jew qed ifittxu li jidħlu fil-coaching.

Dan il-course huwa mfassal biex jgħin lill-coach joħloq ambjent tal-football sigur, divertenti u pożittiv waqt is-sessjonijiet tal-football mal-gruppi ta' etajiet iżgħar (bejn 5 u 9 snin).

Is-sessjonijiet kienu jinkludu dawk ġeneriċi bħat-tagħlim tal-football permezz ta' logħob u FUNdamentals in Youth Football, u oħrajn speċifiċi mmirati għall-coaching tal-football tan-nisa.

Dan il-kors anke kellu sessjonijiet speċifiċi dwar is-sigurta tat-tfal.

Fost il-letturi ta' dan il-kors għan-nisa wieħed isib lil Andrea Vella, Ivan Woods, Herman Bugeja, Charles Sciberras, Jareth Grima, Vince Galea, u Emerson Farrugia flimkien mad-Direttur tal-Football tan-Nisa Pierre Brincat.