General

Technical meeting with Premier League coaches

Published: 08-07-2024 12:17
Pres 1.jpg
Pres 2.jpg

The Malta FA Technical Centre recently hosted a meeting with the coaches of the clubs which will be competing in the Premier League during season 2024/25.

In his opening address, Bjorn Vassallo, the Malta FA President, spoke about the ongoing collaboration with member clubs which has enhanced the level of preparation of the players forming part of the national squads. 

The Malta FA President emphasised the importance of technical programmes centred around the players who are to be followed and guided not only by professional coaches from a technical perspective, but also prioritising fundamental areas such as physical, medical, strength and conditioning, and nutrition. These are aspects of sports science that are being given greater importance in modern football in order to improve the level of performance.

Vassallo thanked the clubs who, on their part, are preparing the players in a more advanced and structured manner to increase the tempo of the local game.

Introducing the international calendar for the new season, Michele Marcolini, the National Coach and Technical Director, highlighted the arrangements agreed between the Malta FA and the clubs in relation to the domestic football calendar and the breaks for national team training.

Detailed information about the programmes being implemented at national level were given by Ivan Woods, the Technical Co-ordinator of the Technical Centre who also elaborated on the co-ordinated work with the clubs with regards to the national selections involving young players.

Representatives of the Premier League Limited also addressed the meeting. Focusing on the domestic championship, they engaged in a discussion with the club coaches on a number of proposals and incentives being introduced during the new season.

After the participation of Maltese clubs in the UEFA competitions, the Premier League will kick-off in mid-August. The opening three matchdays will be followed by the first international window where the men’s national teams will be involved in international competitive matches.

Laqgħa teknika għall-kowċis tal-Kampjonat Premier

Aktar kmieni din il-ġimgħa, iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association żamm laqgħa mal-kowċis tal-klabbs li se jikkompetu fil-Kampjonat Premier matul l-istaġun 2024/25. Il-laqgħa nfetħet mill-President tal-Assoċjazzjoni, Bjorn Vassallo, fejn tkellem dwar il-kollaborazzjoni li bdiet fl-aħħar snin mal-klabbs membri, li permezz tagħha l-livell ta’ preparazzjoni tal-plejers fl-iskwadri nazzjonali kiber b’mod aktar professjonali.

Il-President saħaq dwar l-importanza tal-programmi ċċentralizzati madwar il-plejers fejn dawn ikunu segwiti minn kowċis professjonali mhux biss mill-parti teknika, imma speċjalment mill-parti fiżika u medika, ta’ saħħa u kondizzjonament u n-nutrizzjoni. Dawn huma aspetti fix-xjenza sportiva li fil-futbol modern li qegħdin jingħataw importanza dejjem akbar biex titjieb il-prestazzjoni. Huwa rringrazzja lill-klabbs li min-naħa tagħhom qed jippreparaw lill-plejers b’mod dejjem aktar avvanzat u strutturat biex il-veloċitá tal-logħba tkompli titjieb.

Il-preżentazzjoni kompliet mill-Kowċ Nazzjonali u Direttur Tekniku, Michele Marcolini, li ntroduċa l-kalendarju internazzjonali għall-istaġun il-ġdid u tkellem dwar l-arranġamenti li saru bejn l-MFA u l-klabbs dwar il-kalendarju domestiku u l-waqfiet biex jagħmlu spazju għat-timijiet nazzjonali. Dawk preżenti kienu mitkellma wkoll mil-Kordinatur Tekniku taċ-Ċentru Tekniku, Ivan Woods, li wassal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-programmi mħaddma f’Ta’ Qali u l-kordinazzjoni tal-ħidma mal-klabbs fir-rigward tas-selezzjonijiet tal-plejers żgħażagħ.

Fl-aħħar tal-laqgħa, rappreżentanti tal-Premier League Limited taw ukoll ħarsa lejn il-kampjonat domestiku, fejn saret interazzjoni mal-kowċis tal-klabbs dwar numru ta’ proposti u nċentivi ġodda li mistennija jkunu ntrodotti matul l-istaġun il-ġdid. Wara l-parteċipazzjoni tal-klabbs lokali fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA, f’nofs Awwissu jibda l-Kampjonat Premier u wara tliet ġranet ta’ logħob, tasal l-ewwel tieqa internazzjonali fejn it-timijiet nazzjonali tal-irġiel se jkunu mpenjati f’logħbiet kompetittivi.