General

Street Football in the City jirritorna fil-ġurnata ta' Jum il-Missier

Published: 15-06-2025 16:25
DSC_0676_12.JPG
DSC_0485_2.JPG
DSC_0569_7.JPG
DSC_0636_10.JPG
DSC_0543_4.JPG
DSC_0551_5.JPG
DSC_0581_8.JPG
This article is also available in English.

Street Football in the City tal-MFA, immarka r-ritorn tiegħu nhar il-Ħadd b’għodwa eċċitanti u mimlija pjaċir, din id-darba f’Ħaż-Żabbar. Li Street Football in the City huwa wieħed minn għadd ta’ avvenimenti li qed isiru matul is-sena biex jiġi ċċelebrat il-125 Anniversrju tal-MFA. F’Mejju li għadda, l-avveniment sar fil-Pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa, u kien suċċess kbir, b’ħafna tfal minn skejjel tan-nurseries differenti jieħdu sehem. 

Nhar il-Ħadd li għadda, l-avveniment sar fi Triq Alessio Erardi, f’Ħaż-Żabbar, quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes.

Billi kien qed jiġi wkoll iċċelebrat Jum il-Missier, kienet għodwa perfetta għal tant familji, li ppermettietilhom jibdew il-ġurnata tagħhom b’mod brillanti. L-avveniment sar bil-kollaborazzjoni tal-Youth FA u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.

Dan l-avveniment kien appoġġat mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, mill-Water Services Corporation, mis-Circular Economy Malta u mill-Climate Action Authority.

It-tfal kellhom għodwa mimlija football, hekk kif intlagħbu sensiela ta’ logħob. Kien hemm erba’ pitches, inklużi tnejn għal-logħbiet three-a-side, wieħed għal penalty shootout, u ieħor għall-walking football. Water buggy pprovdut mill-Water Services Corporation kien preżenti biex iżomm lit-tfal idratati.

Barra minn hekk ipparteċipaw ukoll  tfal mill-Grupp tal-Iscouts ta’ Żabbar, kif ukoll tfal min-nurseries ta’ Zabbar St Patrick FC, Fgura United FC, Xgħajra Tornados FC u Tarxien Rainbows FC. 

Il-Viċi-President tal-Malta FA Adrian Casha, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Dr Glenn Beddingfield, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, Dr Miriam Dalli, u s-Sindku ta’ Żabbar Jorge Grech kienu preżenti.

Il-Player tas-Sena tal-Football tan-Nisa, Shona Zammit, flimkien mal-players tat-Team Nazzjonali tan-Nisa Haley Bugeja u Yulya Carella, kienu preżenti biex jilagħbu mat-tfal, fejn għaddew l-għarfien espert tagħhom lill-partitarji żgħar filwaqt li ffirmaw ukoll awtografi u ħadu ritratti. 

L-eks attakkant Ndubisi Chukunyere, kif ukoll ibnu u l-player attwali tat-Tim Nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Isaiah Chukunyere, attendew ukoll, flimkien mal-eks goalkeeper Alex Camilleri u l-goalkeeper attwali tat-Team Nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena Luca Camilleri. Il-captain tat-Team Nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Jake Micallef, kien preżenti wkoll, flimkien mal-player tat-Team Nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena Liam Micallef. 

L-eks captain ta’ Zabbar St Patrick FC, Dion Fava, kif ukoll l-ikona tal-klabb Fatos Daja, ħadu wkoll il-ħin biex iżuru l-avveniment. 

Il-ġurnata kienet mimlija pjaċir fejn offriet ukoll l-opportunitá li wieħed jilgħab u jiltaqa’ ma’ tant stilel tal-football lokali,  li għamlu l-għodwa tassew waħda memorabbli għal tant partitarji żgħażagħ! 

Il-Malta FA xtaqet tirringrazzja lill-organizzazzjonijiet, l-awtoritajiet, u n-nurseries tal-football kollha għall-għajnuna tagħhom biex dan l-avveniment ikun suċċess.