General

Stqarrija ghall-Istampa tal-Malta Football Association

Published: 21-12-2023 18:49
MFA-Web.jpg
This article is also available in English.

B'riferenza għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mħabbra aktar kmieni llum, il-Malta Football Association, filwaqt li tieħu nota tad-deċiżjoni, tingħaqad mal-imsieħba ewlenin tal-futbol Ewropew biex tesprimi l-appoġġ sħiħ tagħha għall-mudell sportiv Ewropew ibbażat fuq kompetizzjonijiet miftuħa u msejsa fuq il-mertu sportiv. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol flimkien mal-klabbs membri tagħha, tibqa' attiva fi ħdan l-istrutturi tal-FIFA u tal-UEFA sabiex fejn hemm lok ta' titjib fil-qafas regolatorju fid-dawl ta' din id-deċiżjoni, dan isir fl-aħjar interess tal-logħba tal-futbol. B'hekk biss tkun imħarsa s-solidarjeta' li tippermetti żvilupp u investiment fil-futbol fil-livelli kollha tiegħu.