General

MEXJIN IL-PREPARAMENT TAL-PJAN EWLIENI TAL-KUMPLESS TAL-FOOTBALL F’TA’ QALI

Published: 08-11-2025 07:45
IMG-20251108-WA0013.jpg
IMG-20251108-WA0005.jpg
IMG-20251108-WA0008.jpg
IMG-20251108-WA0003.jpg
IMG-20251108-WA0004.jpg
IMG-20251108-WA0006.jpg
IMG-20251108-WA0009.jpg
IMG-20251108-WA0014.jpg
IMG-20251108-WA0012.jpg
This article is also available in English.

Il-Malta FA ħabbret li t-tħejjijiet għall-Masterplan tal-Kumpless tal-Football f’Ta’ Qali mexjin tajjeb, bil-ħidma tal-Kumitat tal-Masterplan għaddejja b’ritmu mgħaġġel.

Dan il-proġett isegwi t-tlestija b’suċċess taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Football fil-Grounds tat-Taħriġ tal-Malta FA, proġett li sewa total ta’ €15-il miljun, li joffri diversi faċilitajiet bħal stadium b’400 siġġu, Kategorija 1 konformi mar-rekwiżiti tal-UEFA, żona tax-xjenza medika u sportiva, żona ta’ rilassament għall-players, żona amministrattiva, u aktar.

Il-kumitat ġie inkarigat biex jirrevedi u jipproponi t-titjib meħtieġ, fil-Kumpless Sportiv f’Ta’ Qali, liema żona tikkorrispondi għal madwar 100,000 metru kwaru, jiġifieri fis-segmenti li ġejjin:

- L-Istadium Nazzjonali
- L-Istadium Ċentinarju
- Il-Grounds tat-Taħriġ
- Il-Faċilitajiet tal-Parkeġġ

Il-ħidma tal-kumitat se tinkludi l-fattibbiltà finanzjarja, legali, tal-ippjanar, u regolatorja tal-proġett biex tiżgura li l-Assemblea Ġenerali tal-Malta FA, skedata għal April 2026, tkun infurmata bis-sħiħ u kif suppost dwar l-aspetti kollha tal-iżvilupp propost. Wara proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, il-Masterplan se jiġi ppreżentat formalment lill-Assemblea Ġenerali għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni.

L-eżitu ta’ dan il-proċess huwa mistenni li jwassal għal kumpless sportiv sostenibbli u ekoloġiku b’faċilitajiet aġġornati u moderni. Dawn jinkludu tribuni tal-ispettaturi u infrastruttura sportiva mtejbin, l-iżvilupp ta’ faċilitajiet kummerċjali komplementari, il-massimizzazzjoni tas-Centenary Stadium permezz ta’ żieda fil-kapaċità tal-ispettaturi, u l-iżvilupp potenzjali ta’ ground ta’ taħriġ addizzjonali.

Il-kumitat, ippresedut mill-Viċi President Anzjan, Dr Matthew Paris, huwa magħmul minn taħlita ta’ teknokratiċi, professjonisti, u prattikanti, u qed jiġi appoġġjat minn konsulenti esterni.

It-titjib tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-football kien pedament tal-viżjoni ppreżentata mill-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, fil-proposti elettorali tiegħu tal-2019. Issa wasal iż-żmien li dawk il-proposti bil-miktub jiġu tradotti fi żvilupp sinifikanti u tanġibbli, li jirrifletti l-impenn fit-tul tal-Assoċjazzjoni għat-tkabbir u l-modernizzazzjoni tal-football Malti.

Fi stqarrija qasira, Dr Paris irrimarka: “Dan huwa l-akbar investiment infrastrutturali li l-Assoċjazzjoni se tkun qed tagħmel fl-istorja tagħha ta’ 125 sena. Il-proġett ta’ diversi miljuni ta’ ewros huwa primarjament immirat biex jipprovdi faċilitajiet sportivi mtejba, joffri esperjenza aħjar għall-partitarji, u joħloq opportunitajiet kummerċjali biex jgħin lill-Assoċjazzjoni twettaq din l-inizjattiva ambizzjuża.”

“Il-pubbliku sportiv jistħoqqlu dan il-proġett. Il-football Malti ilu jitlob faċilitajiet ta’ dan il-livell, u l-Malta FAa hija impenjata bis-sħiħ li twassalha fl-iqsar żmien possibbli,” kompla Dr Paris.

Aspett importanti u li jpoġġi l-iżvilupp favur l-ambjent fil-qalba tal-pjan ġenerali, filwaqt li jiżgura li x-xogħlijiet kollha jaderixxu mhux biss mal-istandards ambjentali moderni iżda wkoll jagħtu prijorità lis-sostenibbiltà u l-konsiderazzjonijiet ambjentali fit-tul.

Fil-konklużjoni tiegħu, Dr Paris stqarr: “Dan il-proġett irid jiġi maħsub bir-reqqa — irridu nagħmluh tajjeb fuq il-fronti kollha. Irid jxirrappreżenta investiment li għandu jservi lill-pajjiż għal mill-inqas l-40 sena li ġejjin, jindirizza l-bżonnijiet tal-lum filwaqt li jħejji wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.”