General

Ottubru, ix-xahar ta' solidarjetà u għarfien dwar il-kanċer tas-sider

Published: 04-11-2022 15:33
WhatsApp Image 2022-11-04 at 15.17.20.jpeg
WhatsApp Image 2022-11-04 at 15.12.53.jpeg
311232077_540004648124385_8034342972748457726_n.jpg
WhatsApp Image 2022-11-04 at 15.17.22.jpeg
This article is also available in English.

Ottubru u l-kulur roża huma l-ossessjoni l-ġdida ta’ kulħadd! Ottubru huwa x-xahar tal-għarfien fuq il-kanċer tas-sider u għalhekk rajna lill-captains tat-timijiet kollha fil-logħbiet tal-kampjonat domestiku jilbsu faxxa tal-captain roża!

Imma għaliex il-Malta FA ħasset li dan huwa importanti? U x'għandha x'taqsam li tilbes faxxa tal-captain roża?

Dan kollu jsir biex ningħaqdu u tkompli titqajjem kuxjenza.  Il-kampanja Pink October f'Malta hija mmexxija mill-Fondazzjoni Marigold. Il-Malta FA u d-Dipartiment tal-FSR għenu biex jagħtu daqqa t’id fl-organizzazzjoni tat-tnedija tal-kampanja ta’ din is-sena fis-Centenary Hall. 

Barra minn hekk apparti li jitqajjem għarfien dwar il-kanċer tas-sider permezz tal-faxxar roża tal-captain, rappreżentanti tal-Fondazzjoni Marigold marru fl-istadia biex jiġbru fondi għal din il-kawża.

Id-Dipartiment tal-Football tan-Nisa, ingħaqad ukoll ma’ Assikura, l-isponsor ewlieni tal-kampjonat domestiku femminili u nedew kampanja fuq il-midja soċjali biex ifakkru lil kulħadd li għandu jiċċekkja lilu nnifsu/nnifisha regolarment.