General

IMĦABBRA N-NOMINATI GĦALL-UNURI TAL-MFA TA’ DIN IS-SENA

Published: 19-05-2026 12:32
MFA Awards Presser 19.05.2026 JC-9.jpg
MFA Awards Presser 19.05.2026 JC-6.jpg
This article is also available in English.

Nhar it-Tlieta 19 ta’ Mejju 2026, il-Malta FA organizzat konferenza stampa biex tħabbar in-nominati għall-Unuri tal-MFA ta’ din is-sena.

Il-Viċi President tal-Malta FA, Adrian Casha, indirizza l-konferenza stampa, li saret fis-Centenary Hall, f’Ta’ Qali.

Matul il-konferenza stampa, huwa enfasizza l-valur tal-premjijiet, mhux biss il-premjijiet tal-Player tas-Sena, iżda wkoll diversi oħrajn li jippremjaw individwi għall-isforzi tagħhom matul l-istaġun. Dawn jinkludu l-Fair Play Award, il-Football Social Responsibility Award, il-President’s Award, kif ukoll il-Gozitan Achievement Award, fost oħrajn.

Barra minn hekk, kif kien il-każ fis-snin ta’ qabel, se jkun hemm ukoll premju għall-Aqwa Goal tas-Sena. Il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jivvota għall-premju minn fost 12-il finalist, li dalwaqt se jitħabbru.

“Il-Malta FA Awards mhumiex biss premju annwali li jirrikonoxxi l-aqwa players fil-kampjonati domestiċi tal-irġiel u tan-nisa, iżda wkoll opportunità biex jiġu onorati individwi li l-imġieba eżemplari tagħhom, kemm fil-ground kif ukoll barra minnu, tagħmilhom  bħala ġentlomi veri u ambaxxaturi tal-logħba sabiħa tal-football,” irrimarka s-Sur Casha.

Is-serata tal-Malta FA Awards tal-2026 se ssir nhar it-Tlieta 26 ta’ Mejju 2025 fid-Doubletree by Hilton Malta. Se tixxandar dirett fuq TVMSport+.

Il-lista sħiħa tan-nominati għall-Malta FA Awards 2026 hija din:

Player tas-Sena tal-MFA – Maskili
Henry Bonello (Hamrun Spartans FC)
Jake Grech (Floriana FC)
Joseph Mbong (Hamrun Spartans FC)
Brandon Paiber (Valletta FC)
Dunstan Vella (Floriana FC)

Player tas-Sena tal-MFA – Femminili
Yulya Carella (Mgarr United)
Maria Farrugia (Bristol City – ENG)
Stephania Farrugia (Birkirkara FC)
Amber Grech (Mgarr United)
Nicole Sciberras (Hibernians FC)

Coach tas-Sena
Thane Micallef (Valletta FC)
Daniel Portela (Floriana FC)
Vincenzo Potenza (Marsaxlokk FC)

BOV Player Żagħżugħ tas-Sena
Jake Azzopardi (Valletta FC)
Kean Scicluna (Zabbar St Patrick FC)
Sven Xerri (Hamrun Spartans FC)

Player Barrani tas-Sena
Yuri De Jesus Messias (Valletta FC)
Joao Victor Souza dos Santos (Naxxar Lions FC)
Federico Nicholas Varela Escudero (Floriana FC)

BOV Challenge League L-Aqwa Player
Oluwatobiloba Dimeji Awosanya (Balzan FC)
Paul Lapira (Birzebbuga St Peter’s FC)
Daniel Zerafa (Birzebbuga St Peter’s FC)

BOV Amateur League 1 L-Aqwa Player
Luka Mijic (Mqabba FC)
Nicholas Schembri (Attard FC)
Precious Uchechukwu Nwankwo (Attard FC)

BOV Amateur League 2 L-Aqwa Player
Juan Manuel Artiaga Roa (Siggiewi FC)
Ryan Dalli (Kalkara United)
Giovanni Galea (Mdina Knights FC)

L-Aqwa Player tal-Youth League
Ethan Brincat Winters (St Andrews FC)
Nexile Grech (Swieqi United)
Thomas Melillo (Valletta FC)

Assikura Youth League L-Aqwa Player
Nyorah Celeste (Hibernians FC)
Stella Francalanza (Birkirkara FC)
Eva Koneva (Swieqi United)

Il-Gozitan Achievement Award
Rebecca Bajada (Mgarr United)
Leanne Cefai (Mgarr United)
Benjamin Hili (Swieqi United)

Minbarra dan ta’ hawn fuq, waqt il-Malta FA Awards Night se jiġu ppreżentati wkoll il-premjijiet li ġejjin:

Premju Fair Play
Premju tal-President
Il-Premju għall-Football Social Responisbility
L-Aqwa Skorer YoHealth Malta Premier League
L-Aqwa Skorer BOV Challenge League
L-Aqwa Skorer BOV Amateur League 2
L-Aqwa Skorer Assikura Women’s League
Hall of Fame
Premju għall-Isbaħ Goal tas-Sena