General

IL-MALTA FA SSAĦĦAĦ L-OPERAZZJONIJIET TAL-LOGĦBIET BL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ SERVIZZ TA’ AMBULANZI REĠJONALI

Published: 03-11-2025 10:26
Global Medical 1.jpg
This article is also available in English.

Il-Malta Football Association ħabbret li ntlaħaq pass importanti  lejn l-operazzjonijiet tal-logħbiet bl-implimentazzjoni ta’ servizz ta’ ambulanzi reġjonali.

Is-servizz beda nhar is-Sibt 1 ta’ Novembru u jikkonsisti fi tliet ambulanzi mgħammra kompletament u  mqassma strateġikament madwar Malta biex jiżguraw kopertura sħiħa tal-postijiet kollha u biex jipprovdu assistenza immedjata kull meta tinqala’ emerġenza medika waqt il-logħbiet organizzati mill-MFA u l-assoċjazzjonijiet membri tagħha.

It-tliet ambulanzi qed jiġu skjerati f’postijiet magħżula, waħda fit-tramuntana, waħda fil-punent/ċentru, u waħda fin-nofsinhar ta’ Malta. 

Il-ftehim mal-fornitur tas-servizz tagħha - Global Medical, jistipula li kull ambulanza reġjonali se jkollha numru mobbli dirett biex tippermetti ħinijiet ta’ rispons aktar mgħaġġla. Barra minn hekk, protokolli u linji gwida se jitqassmu lill-partijiet interessati kollha, inkluż l-istaff, clubs, assoċjazzjonijiet membri, managers tal-ground, u paramediċi biex jiżguraw konsistenza u tħejjija.

L-MFA tibqa’ impenjata li ttejjeb kontinwament is-servizzi ta’ rispons mediku ta’ emerġenza tagħha f’kollaborazzjoni mal-partijiet interessati kollha, u tilqa’ kwalunkwe suġġeriment jew rakkomandazzjoni li jistgħu jtejbu aktar il-benesseri tal-players, l-uffiċjali, u l-ispetta­turi.

Hawn taħt hija lista ta’ 30 lokal li se jkunu koperti kuljum bin-numru ta’ emerġenza rispettiv ta’ kull ambulanza reġjonali:

Reġjun tat-Tramuntana - 79774401
Luxol Stadium
Melita Ground
Mellieħa Ground
Mġarr Ground
Skola Nazzjonali tal-Isport
Pembroke Ground
Sirens Stadium

Reġjun Punent/Ċentrali - 79774402
Centenary Stadium
Charles Abela Stadium
Ħad-Dingli Ground
Stadium Nazzjonali
Malta FA Training Grounds
Oratorju Qalb ta’ Ġesù, Mosta
Ħal Qormi Ground
Rabat Ground
Siġġiewi Ground
Victor Tedesco Stadium
Ħaż-Żebbuġ Ground

Reġjun Nofsinhar - 79774403
Birżebbuġa Ground
Corradino C Ground
Fgura Ground
Għaxaq Ground
Ħal Kirkop Ground
Luqa Ground
Marsaskala Ground
Marsaxlokk Ground
Ground Santa Luċija
Tony Bezzina Stadium
Ħaż-Żabbar Ground
Zurrieq Ground