General

Il-Malta FA tilqa' l-introduzzjoni ta' regoli ġodda dwar il-visa sportiva għal atleti minn pajjiżi terzi

Published: 08-07-2025 18:08
corner flag DA.jpeg
This article is also available in English.

Il-Malta FA laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jintroduċi kategorija ġdida ta’ visa sportiva għal atleti minn pajjiżi terzi li jivvjaġġaw lejn Malta għal provi ma’ clubs lokali.

Din il-visa sportiva għandha l-għan li tirregola, tissorvelja u tiffaċilita x-xogħol li jsir mill-clubs sportivi permezz ta’ regoli ċari u stretti. Aktar dettalji ngħataw mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Dr Byron Camilleri, waqt konferenza stampa nhar it-Tnejn filgħodu.

Din hija deċiżjoni importanti fl-isport Malti peress li se tassisti u tiffaċilita, fil-każ tal-football, ​​il-proċess ta’ trasferiment tal-players tal-football għall-clubs membri kollha.

Sadanittant, il-Malta FA se terġa’ tibda d-diskussjonijiet ma’ IDENTITÁ bil-għan li tintroduċi inizjattivi oħra li jeliminaw l-ostakli burokratiċi.

Għal darb’oħra, il-Malta FA ttenni l-apprezzament tagħha lejn din il-politika.