General
IL-MALTA FA ŻŻOMM IN-NUMRU MASSIMU TA’ REFEREES TAL-FIFA GĦALL-2026
Published: 26-01-2026 17:58





Il-Malta FA ħabbret li żammet l-akbar numru possibbli ta’ Uffiċjali tal-Logħob Internazzjonali tal-FIFA, fl-2026.
L-għadd importanti ta’ 18-il uffiċjal intlaħaq għall-ewwel darba s-sena l-oħra, u dan jirrappreżenta l-ogħla total li qatt ġie rreġistrat fl-istorja tal-Malta FA. Il-fatt li dan it-total impressjonanti qed jinżamm għal sena oħra jenfasizza l-ħidma sfieqa li qed issir fir-rigward tal-iżvilupp tas-settur tar-referees Maltin.
Dan isegwi strateġija ta’ ħames snin li tnediet fl-2020, fejn il-Malta FA rreġistrat żieda fil-ħatriet internazzjonali, mhux biss fil-kwantità, iżda wkoll fil-kwalità. Ħatriet bħal dawn jinkludu logħbiet tal-fażi tal-kampjonat tal-kompetizzjonijiet tal-clubs tal-UEFA, partikolarment f’Diċembru li għadda b’allokazzjoni rekord ta’ tliet logħbiet tal-Fażi tal-Kampjonat mill-UEFA Conference League.
Il-qofol ta’ din l-istrateġija fit-tul intlaħqet bil-promozzjoni ta’ Ishmael Barbara għal Uffiċjal tal-Logħob tal-Ewwel Kategorija tal-UEFA, li mmarka r-ritorn ta’ Malta għal dan il-livell prestiġjuż wara assenza ta’ seba’ snin.

Kisbiet bħal dawn jirriflettu sforzi kollettivi tal-membri kollha fil-komunità tar-referees li jkomplu jaħdmu biex jgħollu l-uffiċjali Maltin għal livelli ogħla. Barra minn hekk, dan jenfasizza wkoll il-fiduċja murija mill-FIFA u l-UEFA fl-istrutturi u s-sistemi ta’ żvilupp tar-referees Maltin, kif ukoll il-kapaċità ġenerali tal-komunità Maltija tar-referees.
F’kumment dwar din il-kisba, Alan Mario Sant, President tal-Kumitat tar-Referees, stqarr: “Illum hija l-unika ġurnata tas-sena meta r-referees jieħdu ċ-ċentru tal-attenzjoni.”
“Is-suċċess tal-istrateġija tagħna ta’ ħames snin huwa evidenti fiż-żamma ta’ massimu ta’ badges tal-FIFA, fit-titjib kemm tal-kwalità kif ukoll tal-kwantità tal-ħatriet internazzjonali, u fil-promozzjoni ta’ Ishmael Barbara bħala Uffiċjal tal-Logħba tal-Ewwel Kategorija tal-UEFA. Dawn il-kisbiet jirriflettu x-xogħol iebes tagħna, l-istruttura ċara, u d-direzzjoni b’saħħitha, u jimmotivawna biex inkomplu ngħollu l-livell,” huwa temm jgħid.
Il-lista sħiħa tal-uffiċjali tal-logħba Maltin bil-FIFA Badge għall-2026 hija din:
Referees tal-FIFA
Ishmael Barbara
Matthew De Gabriele
Philip Farrugia
Alex Johnson
Joanna Vassallo
FIFA Futsal Referee Badge
Stephen Vella
Andrea Naudi
Danilo Francalanza
FIFA Assistant Referee Badge
David Castillo
Mark Ciantar
James Muscat
Luke Portelli
Mitchell Scerri
Duncan Spencer
Jurgen Spiteri
Kurt Saliba
FIFA Beach Soccer Referee Badge
George Anthony Attard
Stephania Bonnici
Ingħata wkoll rikonoxximent speċjali lil tliet uffiċjali tal-logħba għas-servizz tagħhom fuq il-Bord tal-FIFA:
Trustin Farrugia Cann – Referee Internazzjonali (2016-2025)
Duncan Sultana – Assistant Referee Internazzjonali (2015-2025)
Roberto Vella – Assistant Referee Internazzjonali (2015-2025)