General

Il-Malta FA tospita sessjoni speċjali ta' taħriġ b'kollaborazzjoni mar-Richmond Foundation

Published: 07-05-2025 16:11
Richmond Foundation Visit 07.05.2025 JC (19).jpg
Richmond Foundation Visit 07.05.2025 JC (14).jpg
Richmond Foundation Visit 07.05.2025 JC (13).jpg
Richmond Foundation Visit 07.05.2025 JC (16).jpg
Richmond Foundation Visit 07.05.2025 JC (20).jpg
This article is also available in English.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 anniversarju mit-twaqqif tagħha, il-Malta Football Association (Malta FA) ospitat sessjoni speċjali ta’ taħriġ, nhar l-Erbgħa filgħodu, b’kollaborazzjoni mar-Richmond Foundation, li enfasizzat l-impenn kontinwu tagħha għall-involviment tal-komunità u l-benesseri mentali.

L-avveniment, li sar fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, laqa’ klijenti u staff mir-Richmond Foundation, NGO ewlenija ddedikata għall-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-provvista ta’ servizzi ta’ appoġġ madwar il-Gżejjer Maltin.

Il-parteċipanti niżlu fil-ground għal sessjoni ta’ taħriġ enerġetika, li ċċelebraw l-imħabba kondiviża tagħhom għall-football f’atmosfera ta’ ispirazzjoni u inklużiva.

Wara s-sessjoni, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Malta FA, Rodney Pisani, ippreżenta bandiera kommemorattiva tal-125 anniversarju tal-Malta FA lil Tracey Zammit, Kap tas-Servizzi u l-Programmi Terapewtiċi fir-Richmond Foundation, bħala sinjal ta’ apprezzament għax-xogħol imprezzabbli tal-organizzazzjoni fil-qasam tas-saħħa mentali.

Il-ġurnata kompliet bi żjara fil-Mużew tal-Football tal-Malta FA fil-Millennium Stand, fejn il-mistednin esploraw il-wirt  tal-football f’pajjiż.

L-avveniment intemm b’ikla speċjali fil-VIP Lounge tal-Istadium Nazzjonali, fejn dawk li attendew ġew servuti minn priġunieri mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ġest uniku li jirrifletti l-valuri inklużivi tal-Assoċjazzjoni u l-impenn tagħha għar-rijabilitazzjoni.