General

IL-MALTA FA TONORA LIL HAMRUN SPARTANS GĦAR-REBĦ TAL-PREMIER LEAGUE 2024/25

Published: 31-08-2025 19:34
WhatsApp Image 2025-08-31 at 19.29.12.jpeg
WhatsApp Image 2025-08-31 at 19.29.12 (1).jpeg
This article is also available in English.

Il-Ħadd, il-Malta FA ppreżentat plakka kommemorattiva lil Hamrun Spartans FC biex tfakkar ir-rebħ tagħhom tal-Kampjonat Premier Malti 2024/25.

Il-President tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, ippreżenta plakka lill-President ta’ Hamrun Spartans, Joseph Portelli, u lis-CEO Marcel Bonnici qabel il-logħba mill-YoHealth Malta Premier kontra Valletta FC fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali. Kampjonat Malta Limited ippreżentat ukoll tifkira lil Hamrun f’isem il-clubs membri għar-rebħa storika tagħhom.

L-okkażjoni ġiet ftit jiem biss wara li Hamrun kibtu l-istorja fil-football Malti billi saru l-ewwel team domestiku li kkwalifika għall-Fażi tal-Kampjonat tal-kompetizzjoni tal-clubs tal-UEFA hekk kif għamel dan fil-UEFA Conference League.

F’Mejju li għadda, Hamrun rebħu t-titlu tal-Premier League Malti wara li fil-finali għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 1-0.