General

Il-Malta FA u l-Youth FA jorganizzaw Festival tal-Football ta' taħt l-10 snin bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 anniversarju

Published: 08-06-2025 18:14
U10 Football Festival 1.jpg
U10 Football Festival 2.jpg
U10 Football Festival 3.jpg
U10 Football Festival 4.jpg
U10 Football Festival 5.jpg
U10 Football Festival 6.jpg
U10 Football Festival 7.jpg
U10 Football Festival 10.jpg
This article is also available in English.

Nhar il-Ħadd li għadda, tfal minn 15-il nursery tal-football lokali kellhom l-opportunità sabiħa li jilagħbu fl-Istadium Nazzjonali hekk kif ħadu sehem f’Festival tal-Football ta’ Taħt l-10 snin ospitat mill-Malta Football Association u  l-Youth Football Association

L-avveniment, li jifforma parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 Anniversarju tal-Malta FA, ra timijiet joħorġu fil-ground għal logħbiet ta’ 20 minuta.

Din kienet l-ewwel darba f’ħafna snin li t-tfal kellhom iċ-ċans jilagħbu fil-ground tal-Istadium Nazzjonali, ġurnata biss wara li ntuża għal logħba internazzjonali kontra l-Litwanja.

Matul il-logħbiet, il-Water Services Corporation pprovdiet ‘water buggy’ biex iżżomm lit-tfal idratati fix-xemx qawwija ta’ Ġunju.

In-nurseries kollha li pparteċipaw ingħataw midalji mill-Viċi President tal-Malta FA, Dr Matthew Paris, u s-Segretarju Ġenerali tal-Youth FA, Stephanie Rocco, bħala tifkira kommemorattiva.

Wara l-logħbiet, it-tfal, il-coaches u l-ġenituri kellhom l-opportunità li jżuru l-Mużew tal-Foobtall ta’ Malta fejn ingħataw informazzjoni dwar l-istorja rikka tal-football f’Malta.

Il-Malta FA u l-Youth FA jixtiequ jirringrazzjaw lill-WSC u lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika għall-assistenza tagħhom fit-tmexxija tal-avveniment.

In-nurseries li pparteċipaw kienu: Mdina Knights FC, Melita FC, Mgarr United FC, Luqa St Andrews FC, Gozo FC, Rabat Ajax FC, San Gwann FC, Zabbar St Patrick FC, Hibernians FC, Mosta FC, Gharghur FC, Mqabba FC, Sirens FC, Hamrun Spartans FC u Zurrieq FC.

Ritratti ta' Domenic Aquilina - MFA