General
Il-Malta FA tilħaq il-kriterjia tar-regolamenti tal-UEFA dwar il-liċenzjar tal-clubs u sostenibilltà finanzjarja
Published: 20-06-2025 10:03
Il-Malta FA rreġistrat konformità sodisfaċenti mar-Regolamenti tal-UEFA dwar il-Liċenzjar tal-Clubs u s-Sostenibbiltà Finanzjarja – Edizzjoni 2023 għall-istaġun 2024/25.
Dan seħħ wara awditjar tal-konformità tal-UEFA li sar fil-kwartieri ġenerali tal-Malta FA, f’Novembru 2024.
Matul dan l-awditjar, il-Kamra tal-Kontroll Finanzjarju tal-Clubs tal-UEFA rrevediet ir-rapport tal-awdituri ta’ Deloitte, li t-tabelli fattwali tiegħu kienu ġew validati mill-Manager tal-Liċenzji tal-Clubs tal-Malta FA, Mario Gauci, f’isem l-Assoċjazzjoni.
Il-Kamra tal-Korp tal-Kontroll Finanzjarju tal-Clubs tal-UEFA kkonkludiet li l-Malta FA hija konformi mar-regolamenti.
L-Assoċjazzjoni Malti laħqet il-kriterji kollha neċessarji u tinsab konformi mar-regolamenti u b’riżultat ta’ dan il-UEFA kkonludiet il-valutazzjoni tal-konformità tal-liċenzjar tal-clubs għall-istaġun 2024/25.