General
Elezzjoni tal-Membri Ordinarju tal-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA għall-perjodu 2025-2027
Published: 31-07-2025 19:08
Il-Membri Ordinarji tal-Bord Eżekuttiv tal-Malta Football Association għall-perjodu 2025–2027 ġew ikkonfermati waqt l-Assemblea Ġenerali.
L-uffiċjali ġew nominati biex iservu fuq l-ogħla organu eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni mill-kumitat permanenti u/jew mill-assoċjazzjoni membru rispettivi tagħhom.
Introdott bħala parti mir-riforma fl-istatut tal-Malta FA, il-Bord Eżekuttiv jinkludi rappreżentanti minn kull kategorija tal-ekosistema tal-football Malti, jiġifieri, id-diviżjonijiet ewlenin tal-kampjonat, il-Gozo FA, il-Youth FA, il-Malta Football Coaches Association, il-Malta Football Players Association, il-football tan-nisa, il-futsal u l-beach soccer, kif ukoll assoċjazzjonijiet membri li jirrappreżentaw il-football rikreattiv.
Il-President, Bjorn Vassallo, u l-Viċi Presidenti, Dr Matthew Paris, u Adrian Casha, jirrappreżentaw lill-Malta FA fuq il-Bord Eżekuttiv flimkien mal-membri mingħajr dritt ta’ vot Dr Maria Azzopardi (Segretarju Ġenerali) u Ivan Mizzi (Teżorier).
Il-Membri Ordinarji tal-Bord Eżekuttiv għall-mandat il-ġdid huma dawn:
Premier League: Cachia Frank (Marsaxlokk FC), Galea George (Mosta FC), Perry Keith (Sliema Wanderers FC), Valenzia Michael (Birkirkara FC)
Challenge League: Bonnici Dino (Zurrieq FC), Bonnici Larkin (Fgura United FC), Sammut Paul Henry (Santa Lucia FC), Tanti Mark (Pietà Hotspurs FC)
National Amateur League: Abdilla Rodnick (St George’s FC), Apap Redino (Qormi FC), Camilleri Robert (Siġġiewi FC), Cutajar Patrick (Mellieħa SC)
Gozo Football: Azzopardi Samuel (Gozo Football Association)
Youth Football: Rocco Stephanie (Youth Football Association)
Coaches: Aquilina Lawrence (Malta Football Coaches Association)
Players: Mamo Carlo (Malta Football Players Association)
Football tan-Nisa: Agius Pace Kelly (Mġarr United FC)
Futsal u Beach Soccer: Borg Mark (Futsal Malta Association)
Assoċjazzjonijiet Membri: Abdilla David (Malta Amateur Football Association), Muscat Francis (Masters Football Malta)