General

BOV PREMIER LEAGUE: DAK KOLLU LI GĦANDEK TKUN TAF BIEX TESPERJENZA L-KOMPETIZZJONI B’MOD DIRETT

Published: 25-08-2022 16:50
BOV Premier League Final 2021/22
BOV Premier League Final 2021/22
This article is also available in English.

Il-bidu tal-istaġun tal-Kampjonat BOV Premier 2022/23 jinsab fil-qrib.  L-istaġun li għadda kien wieħed mill-aktar eċitanti hekk kif it-taqtigħa għar-rebħ tat-titlu bejn Hibernians u Floriana baqgħet sal-aħħar żewġ matchdays. Madankollu, ma kinitx biss din it-taqtigħa li attirat dan l-eċitament kollu, hekk kif il-ġlieda tar-relegazzjoni u t-taqtigħa għall-kwalifikazzjoni għall-kompetizzjonijiet Ewropej ġew deċiżi wkoll fl-aħħar ġurnata.  Informazzjoni importanti dwar din il-kompetizzjoni tinsab hawn taħt:

Biljetti tal-partita

Il-partitarji jkunu jistgħu jixtru l-biljetti mill-kabini tal-biljetti mill-istadium fil-ġurnata tal-partita. Minn dan l-istaġun, il-kabini tal-biljetti qed jaċċettaw pagamenti bil-credit cards.

Il-prezzijiet għall-biljetti mill-istadium huma kif ġej:

Adulti €10

Konċessjonijiet *€6

 

Il-biljetti online huma irħas

Il-partitarji huma mħeġġa jixtru l-biljetti onlajn permezz ta’ rata bi skont. Fil-fatt, ix-xiri online huwa irħas:

Adulti €8

Konċessjonijiet *€5

 

Biljetti online jistgħu jinxtraw minn tickets.mfa.com.mt.

 

Season Tickets

Wara assenza minħabba l-pandemija tal-Covid-19, is-season tickets se jerġgħu jkunu disponibbli dan l-istaġun u jistgħu jinxtraw mill-klabbs rispettivi. Dawn is-season ticket jippermettu lill-partitarji jidħlu fl-istadium għal-logħbiet tal-klabb rispettiv biss.  Id-detentur ta’ kull season ticket ikun jista’ jsegwi lill-klabb tiegħu/tagħha matul il-partiti kollha tal-klabbs tal-Premier League, il-logħbiet kollha tal-FA Trophy u wkoll jekk il-klabb speċifiku jkun wieħed mill-finalisti tas-Super Cup.

Is-season tickets jistgħu jiġu ordnati direttament mingħand il-klabbs tal-BOV Premier League. Għalkemm il-prezz rakkomandat huwa ta’ €160, il-klabbs huma liberi li jiffissaw il-prezz tal-biljetti tal-istaġun rispettiv tagħhom kif jidhrilhom huwa xieraq.

Il-Kampjonat BOV Premier jibda nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Awwissu.

 

 

 

 * Il-konċessjonijiet jinkludu tfal taħt it-12-il sena, persuni ‘l fuq minn 60 sena, u dawk li għandhom fil-pussess il-Blue Card.