Competitions

Jibda l-bejgħ tal-biljetti tal-Finali tal-Meridianbet FA Trophy

Published: 06-05-2026 13:40
DSCF5219.jpg
This article is also available in English.

Il-biljetti issa huma disponibbli għall-Finali tal-Meridianbet FA Trophy, fejn Valletta FC u Gzira United FC se jiffaċċjaw lil xulxin f’logħba tant mistennija dan ix-xahar.

Il-logħba għat-trofew prestiġjuż se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju 2026, fl-4.00 pm.

Valletta se jilagħbu kontra Gzira United f’dik li mistennija tkun logħba eċċitanti u interessanti, fejn iż-żewġ naħat qed ifittxu li jtemmu l-istaġun fuq nota għolja billi jirbħu t-88 edizzjoni tal-kompetizzjoni.

Il-kompetizzjoni tippreżenta wkoll lill-clubs b’opportunità li jassiguraw post fl-Ewropa għall-istaġun li ġej, fejn ir-rebbieħ jikseb post fil-kwalifikanti għall-UEFA Conference League.

Fis-Semi-Finali tax-xahar li għadda, Valletta għelbu lil Birkirkara FC, filwaqt li Gzira kellhom bżonn l-ħin barrani biex jegħlbu lil Naxxar Lions FC, u b’hekk ikkwalifikaw għal Finali eċċitanti.

Valletta kkompetew fil-Finali f’29 okkażjoni, u rebħu l-unur prestiġjuż 14-il darba. L-unika dehra preċedenti ta’ Gżira fil-Finali ta’ din il-kompetizzjoni kienet waħda speċjali lura fl-1973, meta rnexxielhom jirbħuha wara t-tieni replay.

Il-Finali tippreżenta l-opportunità perfetta għall-partitarji biex igawdu l-football Malti fl-ogħla livell fl-aqwa partita tal-kalendarju domestiku, b’atmosfera vibranti ta’ finali ta’ din it-tazza. Il-partitarji huma mħeġġa jiżguraw il-biljetti tagħhom kmieni u jkunu parti mill-atmosfera f’din il-partita tant mistennija.

Finali tal-Meridianbet FA Trophy
Valletta FC vs Gzira United
23 ta' Mejju 2026
16:00hrs
Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTANDS

West A: Gzira United
West C: Valletta
Millennium D: Valletta

l-biljetti għal kull sezzjoni jiswew €15 għall-adulti u €8 għall-anzjani, tfal taħt it-12-il sena, u konċessjonijiet.

Il-bibien għall-Istadium Nazzjonali se jiftħu fis-2.30pm.

KIF TIXTRI

Il-biljetti għall-partita huma disponibbli mill-portal tal-biljetti tal-Malta FA.

IXTRI L-BILJETTI

AĊĊESSIBBILTÀ

Għal aċċess għal siġġijiet tar-roti, ibgħat it-talba tiegħek lil tickets@mfa.com.mt. Persuni b'mobbiltà limitata u dawk li jieħdu ħsiebhom jistgħu jgawdu minn prezzijiet konċessi.

Assigura postok issa!