Competitions
Żvelat il-ballun uffiċjali għal-logħbiet tal-BOV Challenge League u l-BOV Amateur Leagues I u II 2025/26
Published: 16-07-2025 15:09

Il-ballun uffiċjali tal-BOV Challenge League u l-BOV Amateur Leagues I u II għall-istaġun 2025/26 ġie żvelat.
Il-mudell tal-ballun, prodott mill-manifattur Taljan Macron, huwa d-DEW XI.
Il-ballun għandu wiċċ matt minsuġ li jippermetti qabda aħjar. Huma magħmul mill-polyurethane (PU), b’għamla hybrid.
Dan il-ballun huwa ċċertifikat mill-FIFA.
Il-clubs membri tal-Malta FA, huma eliġibbli biex jixtru l-ballun bi prezz speċjali ta’ €35 (inkluż il-VAT) permezz ta’ TEAMSPORT, il-fornitur uffiċjali tal-football għal dawn il-kompetizzjonijiet.